3. Il-kompiti esternalizzati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jitwettqu b’tali mod li jfixklu materjalment il-kwalità tal-politiki u l-proċeduri tal-entità marbuta b’obbligu sabiex tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2023/1113, u tal-kontrolli fis-seħħ biex jiġu ttestjati dawk il-politiki u l-proċeduri. Il-kompiti li ġejjin ma għandhom jiġu esternalizzati taħt l-ebda ċirkostanza:
|
(a)
|
il-proposta u l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 10(2);
|
|
(b)
|
l-approvazzjoni tal-politiki interni, il-proċeduri u l-kontrolli tal-entità marbuta b’obbligu skont l-Artikolu 9;
|
|
(c)
|
deċiżjoni dwar il-profil tar-riskju li għandu jiġi attribwit lill-klijent;
|
|
(d)
|
id-deċiżjoni li tidħol f’relazzjoni tan-negozju jew twettaq tranżazzjoni okkażjonali ma’ klijent;
|
|
(e)
|
ir-rapportar lill-FIU ta’ attivitajiet suspettużi skont l-Artikolu 69 jew rapporti bbażati fuq livell limitu skont l-Artikolu 74 u 80, ħlief meta tali attivitajiet jiġu esternalizzati lil entità oħra marbuta b’obbligu li tappartjeni għall-istess grupp u stabbilita fl-istess Stat Membru;
|
|
(f)
|
l-approvazzjoni ta’ kriterji għad-detezzjoni ta’ tranżazzjonijiet u ta’ attivitajiet suspettużi jew mhux tas-soltu.
|