+Artikolu 76 5

Artikolu 76 5

5.   L-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu jadottaw deċiżjonijiet li jirriżultaw minn proċessi awtomatizzati, inkluż it-tfassil tal-profil kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2016/679, jew minn proċessi li jinvolvu sistemi tal-IA kif definiti fl-Artikolu 3, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2024/xxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45), dment li:

(a)

id-data pproċessata minn dawk is-sistemi tkun limitata għad-data miksuba skont il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament;

(b)

kwalunkwe deċiżjoni ta’ dħul jew rifjut ta’ dħul f’relazzjoni tan-negozju ma’ klijent jew iż-żamma tagħha jew ta’ twettiq jew rifjut ta’ twettiq ta’ tranżazzjoni okkażjonali għal klijent, jew li tiżdied jew titnaqqas il-firxa tal-miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, applikata skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament, tkun soġġetta għal intervent uman sinifikanti biex jiġi żgurat li dik id-deċiżjoni tkun akkurata u xierqa; u

(c)

il-klijent jista’ jikseb spjegazzjoni tad-deċiżjoni meħuda mill-entità marbuta b’obbligu, u jista’ jikkontesta dik id-deċiżjoni, ħlief fir-rigward ta’ rapport kif imsemmi fl-Artikolu 69 ta’ dan ir-Regolament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit