+Artikolu 12 Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2

Artikolu 12 Trasferimenti ta’ fondi b’informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur jew il-prenditur

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1

1.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju li jiddeterminaw jekk jiġix eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta’ fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Fejn il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament iisir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ fondi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 5(1), jew l-Artikolu 6, tkun nieqsa jew ma mtlietx bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-prattika tas-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), li fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu, abbażi tal-bażi ta’ sensittività għar-riskji:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur qabel jew wara t-trażmissjoni tat-trasferiment tal-fondi.

Artikolu 12 2

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jonqos ripetutament milli jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu:

(a)

jieħu passi, li għall-ewwel jistgħu jinkludu l-għoti ta’ twissijiet u l-istipular ta’ skadenzi, qabel ma jipproċedi għal rifjut, restrizzjoni jew terminazzjoni f’konformità mal-punt (b) jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun għada ma ġietx ipprovduta; jew

(b)

jirrifjuta direttament kwalunkwe trasferiment futur ta’ fondi mingħand dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew jirrestrinġi jew itemm ir-relazzjoni ta’ negozju tiegħu ma’ dak il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament.

Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jirrapporta dak in-nuqqas u l-passi meħudin, lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit