+Artikolu 12 1

Artikolu 12 1

1.   Il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu jistabbilixxi proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju li jiddeterminaw jekk jiġix eżegwit, irrifjutat jew sospiż trasferiment ta’ fondi minħabba nuqqas ta’ informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur u biex tittieħed l-azzjoni ta’ segwitu adatta.

Fejn il-fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament iisir konxju, meta jirċievi trasferiment ta’ fondi, li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 4(2), il-punti (a) u (b), l-Artikolu 5(1), jew l-Artikolu 6, tkun nieqsa jew ma mtlietx bl-użu tal-karattri jew l-inputs ammissibbli skont il-prattika tas-sistema ta’ messaġġi jew ta’ pagamenti u saldu, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), li fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament għandu, abbażi tal-bażi ta’ sensittività għar-riskji:

(a)

jirrifjuta t-trasferiment; jew

(b)

jitlob l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur u l-prenditur qabel jew wara t-trażmissjoni tat-trasferiment tal-fondi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit