+Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi
---+Artikolu 29 (a)
---+Artikolu 29 (b)
---+Artikolu 29 (c)
---+Artikolu 29 (d)
|
Artikolu 29 Dispożizzjonijiet speċifiċi
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi tagħhom jinkludu tal-anqas dawk stipulati fl-Artikolu 59(2) u (3)tad-Direttiva (UE) 2015/849 fil-każ tal-ksur li ġej ta’ dan ir-Regolament:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 (a)
|
nuqqas ripetut jew sistematiku minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jakkumpanja t-trasferiment ta’ fondi bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur jew il-prenditur, bi ksur tal-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jakkumpanja t-trasferiment ta’ kriptoassi bl-informazzjoni meħtieġa dwar l-oriġinatur u l-benefiċjarju, bi ksur tal-Artikolu 14 jew 15;
|
|
Artikolu 29 (b)
|
nuqqas ripetut, sistematiku jew serju minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jżommu rekords, bi ksur tal-Artikolu 26;
|
|
Artikolu 29 (c)
|
nuqqas minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament li jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, bi ksur tal-Artikolu 8 jew 12, jew minn fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jimplimenta proċeduri effettivi bbażati fuq ir-riskju, bi ksur tal-Artikolu 17;
|
|
Artikolu 29 (d)
|
nuqqas serju minn fornitur intermedjarju ta’ servizzi ta’ pagament li jikkonforma mal-Artikolu 11 jew 12 jew minn fornitur intermedjarju tas-servizzi tal-kriptoassi li jikkonforma mal-Artikolu 19, 20 jew 21.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|