+Artikolu 5 Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu

Artikolu 5 Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu

Artikolu 5

Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu

Għall-finijiet tal-Parti Tlieta, Titolu II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“skopertura” tfisser ass jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ;

(2) 

“telf” tfisser telf ekonomiku, inkluż effetti materjali ta’ skont, u kostijiet materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument;

▼M17

(3) 

“telf mistenni” jew “EL” tfisser il-proporzjon, relatat ma' faċilità waħda, tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

inadempjenza potenzjali ta' debitur fuq perjodu ta' sena għall-ammont pendenti f'inadempjenza;

(b) 

avveniment potenzjali ta' dilwizzjoni fuq perjodu ta' sena għall-ammont pendenti fid-data tal-okkorrenza tal-avveniment ta' dilwizzjoni;

▼M17

(4) 

“obbligazzjoni ta' kreditu” tfisser kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta minn kuntratt ta' kreditu, inkluż il-kapital, l-imgħax akkumulat u t-tariffi, dovuti minn debitur;

(5) 

“skoperturi għall-kreditu” tfisser kwalunkwe element li jidher jew ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, li jista' jirriżulta, f'obbligazzjoni ta' kreditu;

(6) 

“faċilità” jew “faċilità ta' kreditu” tfisser skopertura għall-kreditu li tirriżulta minn kuntratt jew minn sett ta' kuntratti bejn debitur u istituzzjoni;

(7) 

“marġni ta' konservattiviżmu” tfisser żieda inkorporata fl-istimi tal-parametri tar-riskju sabiex tqis il-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima li jirriżultaw minn nuqqasijiet identifikati fid-data, fil-metodi, fil-mudelli, u l-bidliet fl-istandards ta' sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta' ġbir u ta' rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta' inċertezza addizzjonali, kif ukoll minn żball ġenerali fl-istima;

(8) 

“aġġustament xieraq” tfisser l-impatt fuq l-istimi tal-parametri tar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodoloġiji fi ħdan l-istima tal-parametri tar-riskju biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet identifikati fid-data u fil-metodi ta' stima, u biex jitqiesu l-bidliet fl-istandards ta' sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta' ġbir u ta' rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta' inċertezza addizzjonali, sa fejn ikun possibbli sabiex jiġu evitati preġudizzji fl-istimi tal-parametri tar-riskju;

(9) 

“intrapriża żgħira u ta' daqs medju” jew “SME” tfisser kumpanija, intrapriża jew impriża li, skont l-aħħar kontijiet konsolidati tagħha, ikollha fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 000 000 ;

(10) 

“impenn” tfisser kwalunkwe arranġament kuntrattwali li istituzzjoni toffri lil klijent, u li jkun aċċettat minn dak il-klijent, għall-estensjoni ta’ kreditu, għax-xiri ta’ assi jew għall-ħruġ ta’ sostituti tal-kreditu; u kwalunkwe tali arranġament li jista’ jiġi kkanċellat mingħajr kundizzjoni minn istituzzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lil debitur jew kwalunkwe arranġament li jista’ jiġi kkanċellat minn istituzzjoni meta debitur jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-faċilità, inkluż il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mid-debitur qabel kwalunkwe ġbid ta' kreditu inizjali jew sussegwenti skont l-arranġament, sakemm l-arranġamenti kuntrattwali jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:

(a) 

arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni ma tirċievi l-ebda tariffa jew kummissjoni sabiex tistabbilixxi jew iżżomm dawk l-arranġamenti kuntrattwali;

(b) 

arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom il-klijent ikun meħtieġ japplika mal-istituzzjoni għall-ġbid ta' kreditu inizjali u għal kull ġbid ta' kreditu sussegwenti skont dawk l-arranġamenti kuntrattwali;

(c) 

arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni jkollha awtorità sħiħa, irrispettivament mill-issodisfar mill-klijent tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-arranġament kuntrattwali, fuq l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu;

(d) 

l-arranġamenti kuntrattwali jippermettu lill-istituzzjoni tivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-klijent immedjatament qabel ma tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu u l-istituzzjoni tkun implimentat u tapplika proċeduri interni li jiżguraw li tali valutazzjoni ssir qabel l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu;

(e) 

arranġamenti kuntrattwali li jiġu offruti lil entità korporattiva, inkluża SME, li tkun immonitorjata mill-qrib fuq bażi kontinwa;

(11) 

“impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet” tfisser kwalunkwe impenn li t-termini tiegħu jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċella dan l-impenn sal-punt sħiħ permess skont il-protezzjoni tal-konsumatur u l-atti legali relatati, fejn applikabbli, fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lid-debitur jew li effettivament jipprevedu kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit