+Artikolu 221 Użu tal-Approċċ tal-Mudelli Interni għal ftehimiet Ewlenin ta’ netting
---+Artikolu 221 1.
---+Artikolu 221 2.
---+Artikolu 221 3.
---+Artikolu 221 4.
---+Artikolu 221 5.
---+Artikolu 221 6.
---+Artikolu 221 7.
---+Artikolu 221 9.

Artikolu 221 Użu tal-Approċċ tal-Mudelli Interni għal ftehimiet Ewlenin ta’ netting

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 221 1.
Għall-fini tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli jew għal tranżazzjonijiet oħrajn immotivati mis-swieq kapitali għajr tranżazzjonijiet ta' derivattivi koperti minn ftehim ewlieni ta' netting eliġibbli li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 6, it-Taqsima 7, istituzzjoni tista' tikkalkula l-valur tal-iskopertura aġġustat għalkollox (E*) tal-ftehim bl-użu tal-approċċ ibbażat fuq mudell intern, dment li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.
Artikolu 221 2.

Istituzzjoni tista' tuża l-approċċ ibbażat fuq mudell intern meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-istituzzjoni tuża dak l-approċċ biss għal skoperturi li għalihom l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju huma kkalkulati skont l-Approċċ IRB stabbilit fil-Kapitolu 3;

(b) 

l-istituzzjoni tingħata l-permess li tuża dak l-approċċ mill-awtorità kompetenti tagħha.

Artikolu 221 3.
Istituzzjoni li tuża approċċ ibbażat fuq mudell intern għandha tagħmel dan għall-kontropartijiet u għat-titoli kollha, bl-eċċezzjoni ta' portafolli immaterjali li għalihom tista' tuża l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità stabbilit fl-Artikolu 220.
Artikolu 221 4.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li tuża approċċ tal-mudelli interni biss fejn huma sodisfatti li s-sistema tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji li jinħolqu mit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ewlieni ta’ netting hija valida fil-prinċipju u implimentata b’integrità u fejn jiġu ssodisfatti l-istandards kwalitattivi li ġejjin:

(a) 

il-mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat għall-kalkolu tal-volatilità potenzjali tal-prezz għat-transazzjonijiet huwa integrat mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni u jservi bħala l-bażi tar-rappurtar ta’ skoperturi tar-riskju lill- maniġment superjuri tal-istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskji li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

hija indipendenti mill-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali u tirraporta direttament lill-maniġment superjuri;

(ii) 

hija responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal- istituzzjoni għall-kejl tar-riskji;

(iii) 

tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output tal-mudell għall- kalkolu tar-riskji u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’termini ta’ limiti tal-pożizzjonijiet;

(c) 

ir-rapporti ta’ kuljum maħruġa mill-unità għall-kontroll tar-riskji huma analizzati minn livell ta’ maniġment li għandu biżżejjed awtorità sabiex jinforza tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda u fl-iskopertura kumplessiva tar-riskju;

(d) 

l-istituzzjoni għandha biżżejjed persunal b’ħiliet fl-użu ta’ mudelli sofistikati fl-unità tal-kontroll tar-riskji;

(e) 

l-istituzzjoni stabbilite proċeduri għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni li jikkonċernaw il-funzjonament kumplessiv tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji;

(f) 

il-mudelli tal-istituzzjoni urew li huma validi għall-kejl tar-riskji bi preċiżjoni raġonevoli murija permezz ta’ ttestjar retrospettiv tal-output tagħha billi tintuża data għal mill-anqas sena sħiħa;

(g) 

l-istituzzjoni twettaq b’mod frekwenti programm rigoruż ta’ ttestjar għal stress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma analizzati minn maniġment superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi;

(h) 

l-istituzzjoni twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ verifika regolari interna tagħha, analiżi indipendenti tas-sistema tagħha għall-kalkolu tar-riskji. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji;

(i) 

mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni twettaq analiżi tas-sistema tagħha tal- ġestjoni tar-riskji;

(j) 

il-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 292(8) u (9) u fl- Artikolu 294.

Artikolu 221 5.
Il-mudell intern għall-kalkolu tar-riskju ta’ istituzzjoni għandu jkopri għadd suffiċjenti ta’ fatturi tar-riskju sabiex ikopri r-riskji materjali kollha għall-prezz.

Istituzzjoni tista’ tuża korrelazzjonijiet empiriċi fi ħdan il-kategoriji tar-riskji u fost il-kategoriji tar-riskji fejn is-sistema tagħha għall-kejl tal-korrelazzjonijiet hija valida u implimentata b’integrità.

Artikolu 221 6.

L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ tal-mudelli interni għandhom jikkalkulaw E* skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

Ei

=

il-valur tal-iskopertura għal kull skopertura separata i fil-ftehim li tapplika fin-nuqqas ta’ protezzjoni tal-kreditu, fejn l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju skont l-Approċċ Standardizzat jew fejn jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB;

Ci

=

il-valur tat-titoli meħuda b’self, mixtrija jew irċevuti jew il-flus meħuda b’self jew irċevuti fir-rigward ta’ kull tali skopertura i.

Fil-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju permezz ta’ mudelli interni, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-output tal-mudell tal-ġurnata ta’ xogħol ta’ qabel.

Artikolu 221 7.

Il-kalkolu tal-bidla potenzjali fil-valur imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun soġġett għall-istandards kollha li ġejjin:

(a) 

għandu jitwettaq mill-inqas kuljum;

(b) 

għandu jkun ibbażat fuq id-99 perċentil, b’interval ta’ kunfidenza unilaterali;

(c) 

għandu jkun ibbażat fuq perijodu ta’ likwidazzjoni ekwivalenti ta’ 5 ijiem, għajr fil-każ ta’ transazzjonijiet li mhumiex transazzjonijiet ta’ riakkwist ta’ titoli jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fejn għandu jintuża perijodu ta’ liwidazzjoni ekwivalenti għal 10 ijiem;

(d) 

għandu jkun ibbażat fuq perijodu storiku ta’ osservazzjoni effettiv ta’ mhux inqas min sena għajr fejn perijodu ta’ osservazzjoni iqsar huwa ġustifikat minn qabża 'l fuq sinifikanti fil-volatilità tal-prezz;

(e) 

is-sett ta’ data użat fil-kalkolu għandu jiġi aġġornat kull tliet xhur.

Fejn l-istituzzjoni għandha transazzjoni ta’ riakkwist, transazzjoni ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew prodotti u self b’marġni jew transazzjoni simili jew sett ta’ netting li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 285(2), (3) u (4), il-perijodu minimu ta’ żamma għandu jinġieb konformi mal-perijodu b’riskju ta’ marġni li jkun japplika skont dawk il-paragrafi, flimkien mal-Artikolu 285(5).

Artikolu 221 9.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex jiġi speċifikat dan li ġej:

(a) 

dak li jikkostitwixxi portafoll immaterjali għall-fini tal-paragrafu 3;

(b) 

il-kriterji biex jiġi ddeterminat jekk mudell intern huwiex tajjeb u huwiex jiġi implimentat b’integrità għall-fini tal-paragrafi 4 u 5 u ftehimiet ewlenin ta’ netting.

L-ABE għandha tressaq dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji quddiem il-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit