+Artikolu 233 Valutazzjoni
---+Artikolu 233 1.
---+Artikolu 233 2.
---+Artikolu 233 3.
---+Artikolu 233 4.
|
Artikolu 233 Valutazzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 233 1.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-effetti tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu skont din is-Subtaqsima, il-valur tal-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu (G) għandu jkun l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas f’każ ta’ inadempjenza jew nuqqas ta’ pagament mill-mutwatarju jew f’każ ta’ avvenimenti speċifikati oħrajn tal-kreditu.
|
|
Artikolu 233 2.
|
Fil-każ ta’ derivati tal-kreditu li bħala avveniment ta’ kreditu ma jinkludux ir-ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi maħfra jew rinviju tal-ammont kapitali, tal-imgħax jew tat-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf tal-kreditu, għandu japplika dan li ġej:
(a)
fejn l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas ma jkunx ogħla mill-valur tal-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur tal-protezzjoni tal-kreditu kkalkulat skont l-paragrafu 1 b’40 %;
(b)
fejn l-ammont li l-fornitur tal-protezzjoni jkun impenja ruħu li jħallas ikun ogħla mill-valur tal-iskopertura, il-valur tal-protezzjoni tal-kreditu ma għandux ikun ogħla minn 60 % tal-valur tal-iskopertura.
|
|
Artikolu 233 3.
|
Fejn il-protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu tkun denominata f’munita differenti minn dik li fiha tkun denominata l-iskopertura, l-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-valur tal-protezzjoni tal-kreditu permezz tal-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità kif ġej:
fejn:
|
G*
|
=
|
l-ammont tal-protezzjoni tal-kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju,
|
|
G
|
=
|
l-ammont nominali tal-protezzjoni tal-kreditu;
|
|
Hfx
|
=
|
l-aġġustament għall-volatilità għal kull diskrepanza fil-muniti bejn il-protezzjoni tal-kreditu u l-obbligazzjoni sottostanti determinat skont il-paragrafu 4.
|
Fejn ma hemm l-ebda diskrepanza fil-muniti Hfx
tkun żero.
|
|
Artikolu 233 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jibbażaw l-aġġustamenti għall-volatilità għal kwalunkwe diskrepanza fil-munita fuq perjodu ta' likwidazzjoni ta' 10 ijiem ta' xogħol, bis-suppożizzjoni li ssir rivalwazzjoni kuljum, u għandhom jikkalkulaw dawk l-aġġustamenti abbażi tal-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità kif stabbilit fl-Artikolu 224. L-istituzzjonijiet għandhom iżidu l-aġġustamenti għall-volatilità f'konformità mal-Artikolu 226.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|