+Artikolu 235a 1.

Artikolu 235a 1.

Għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbiliti fil-Kapitolu 3 u fejn skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:

max{0, E – GA} · r + GA · g

fejn:

E

= il-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5; għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b);

GA

= l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu;

r

= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 3;

g

= il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit