+Artikolu 235a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat
---+Artikolu 235a 1.
---+Artikolu 235a 2.
---+Artikolu 235a 3.
---+Artikolu 235a 4.
---+Artikolu 235a 5.

Artikolu 235a Kalkolu tal-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni skont l-approċċ ta' sostituzzjoni meta l-iskopertura garantita tiġi ttrattata skont l-Approċċ IRB u skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni tiġi ttrattata skont l-Approċċ Standardizzat

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 235a 1.

Għal skoperturi bi protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li għalihom istituzzjoni tapplika l-Approċċ IRB stabbiliti fil-Kapitolu 3 u fejn skoperturi diretti komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni jiġu ttrattati skont l-Approċċ Standardizzat, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju f'konformità mal-formula li ġejja:

max{0, E – GA} · r + GA · g

fejn:

E

= il-valur tal-iskopertura ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 3, it-Taqsima 5; għal dak l-għan, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ għajr derivattivi ttrattati skont l-Approċċ IRB bl-użu ta' CCF ta' 100 % minflok l-SA-CCFs jew l-IRB-CCFs previsti fl-Artikolu 166(8), (8a) u (8b);

GA

= l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu aġġustat għar-riskju tal-kambju (G*) kif ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 233(3) aġġustat ulterjorment għal kwalunkwe diskrepanza fil-maturità kif stabbilit fit-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu;

r

= il-piż tar-riskju tal-iskoperturi għad-debitur kif speċifikat fil-Kapitolu 3;

g

= il-piż tar-riskju applikabbli għal skopertura diretta għall-fornituri tal-protezzjoni kif speċifikat fil-Kapitolu 2.

Artikolu 235a 2.
Meta l-ammont ta' protezzjoni ta' kreditu (GA) ikun anqas mill-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw il-formula speċifikata fil-paragrafu 1 biss meta l-partijiet protetti u mhux protetti tal-iskopertura jkollhom superjorità ugwali.
Artikolu 235a 3.
L-istituzzjonijiet jistgħu jestendu t-trattament preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 114(4) u (7), għal skoperturi jew għal partijiet minn skoperturi garantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali daqslikieku dawk l-iskoperturi kienu skoperturi diretti għall-gvern ċentrali jew għall-bank ċentrali, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 114(4) jew (7), kif applikabbli, jiġu ssodisfati għal tali skoperturi diretti.
Artikolu 235a 4.
L-ammont ta' telf mistenni għall-parti koperta tal-valur tal-iskopertura għandu jkun żero.
Artikolu 235a 5.
Għal kwalunkwe parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura (E), l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju u t-telf mistenni li jikkorrispondu għall-iskopertura sottostanti. Għall-kalkolu stabbilit fl-Artikolu 159, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kwalunkwe aġġustament ġenerali jew speċifiku għar-riskju ta' kreditu jew kwalunkwe aġġustament addizzjonali fil-valur f'konformità mal-Artikolu 34 b'rabta man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni jew tnaqqis ieħor ta' fondi proprji b'rabta mal-iskopertura, għajr it-tnaqqis magħmul f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), għall-parti mhux koperta tal-valur tal-iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit