+Artikolu 276 Rikonoxximent u trattament tal-kollateral
---+Artikolu 276 1.
---+Artikolu 276 2.
---+Artikolu 276 3.
|
Artikolu 276 Rikonoxximent u trattament tal-kollateral
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 276 1.
|
Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti ta' kollateral ta' VM, VMMA, NICA u NICAMA, billi japplikaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
fejn it-tranżazzjonijiet kollha inklużi f'sett tan-netting jappartjenu għall-portafoll tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikoli 197 u 299;
(b)
meta sett tan-netting jinkludi tal-inqas tranżazzjoni waħda li tappartjeni għall-portafoll mhux tan-negozjar, għandu jiġi rikonoxxut biss il-kollateral li huwa eliġibbli skont l-Artikolu 197;
(c)
il-kollateral irċevut minn kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal pożittiv u kollateral sottomess lil kontroparti għandu jingħaraf minn sinjal negattiv;
▼M17
(d)
il-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe tip ta' kollateral irċevut jew iddepożitat għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 223;
▼M8
(e)
l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VM kif ukoll fl-NICA fl-istess ħin;
(f)
l-istess kollateral ma għandux jiġi inkluż kemm fil-VMMA kif ukoll fl-NICAMA fl-istess ħin;
(g)
kwalunkwe kollateral mogħti lill-kontroparti li huwa segregat mill-assi ta' dik il-kontroparti u, bħala riżultat ta' dik is-segregazzjoni, huwa falliment remot fil-każ ta' inadempjenza jew insolvenza ta' dik il-kontroparti ma għandux jiġi rikonoxxut fil-kalkolu tal-NICA u l-NICAMA.
|
|
Artikolu 276 2.
|
Għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti li huwa msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jissostitwixxu l-formula stabbilita fl-Artikolu 223(2) bil-formula li ġejja:
CVA = C · (1 + HC + Hfx)
fejn:
CVA= il-valur aġġustat għall-volatilità tal-kollateral mogħti; u
C= il-kollateral;
Hc u Hfx huma definiti skont l-Artikolu 223(2).
|
|
Artikolu 276 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-perijodu ta' likwidazzjoni rilevanti għall-kalkolu tal-valur aġġustat għall-volatilità ta' kwalunkwe kollateral irċevut jew sottomess skont wieħed mill-perijodi ta' żmien li ġejjin:
(a)
sena waħda fis-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(1);
(b)
il-perijodu ta' marġni ta' riskju determinat skont il-punt (b) tal-Artikolu 279c(1) għas-settijiet tan-netting imsemmija fl-Artikolu 275(2) u (3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|