+Artikolu 383p Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti
---+Artikolu 383p 1.
---+Artikolu 383p 2.
---+Artikolu 383p 3.
---+Artikolu 383p 4.

Artikolu 383p Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 383p 1.

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta għall-fatturi tar-riskju tal-firxiet tal-kreditu tal-kontroparti għandhom ikunu l-istess għall-maturitajiet kollha (0,5 ta' sena, sena, 3 snin, 5 snin, 10 snin) f'kull bucket fit-Tabella 1 u għandhom ikunu dawn li ġejjin:



Tabella 1

Numru tal-Bucket

Kwalità Kreditizja

Settur

Piż tar-riskju

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

0,5  %

2

Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118

0,5  %

3

Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

1,0  %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

5,0  %

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

3,0  %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

3,0  %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

2,0  %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

1,5  %

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

1,0  %

10

Skali 1 tal-kwalità kreditizja

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu f'pajjiżi terzi

1,5  %

Skali 2 sa 3 tal-kwalità kreditizja

2,5  %

11

Skali 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja

Settur ieħor

5,0  %

12

Indiċijiet ikkwalifikati

1,5  %

13

Skali 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja u mingħajr klassifikazzjoni

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta' pajjiżi terzi, il-banek multilaterali tal-iżvilupp u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) u fl-Artikolu 118

2,0  %

14

Il-gvern reġjonali jew awtorità lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0  %

15

L-entitajiet tas-settur finanzjarju, inkluż l-istituzzjonijiet ta' kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali, u mutwanti promozzjonali

12,0  %

16

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, estrazzjoni u xogħol fil-barrieri

7,0  %

17

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta' servizzi amministrattivi u ta' sostenn

8,5  %

18

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

5,5  %

19

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

5,0  %

20

Settur ieħor

12,0  %

21

Indiċijiet ikkwalifikati

5,0  %

Meta ma jkun hemm l-ebda klassifikazzjoni esterna għal kontroparti speċifika, l-istituzzjonijiet jistgħu, soġġett għal approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, jimmappjaw il-klassifikazzjoni interna ma' klassifikazzjoni esterna korrispondenti u jassenjaw piż tar-riskju li jikkorrispondi jew għall-iskala 1 sa 3 tal-kwalità kreditizja jew inkella għall-iskala 4 sa 6 tal-kwalità kreditizja. Inkella, għandhom jiġu applikati l-piżijiet tar-riskju għal skoperturi mingħajr klassifikazzjoni.

Artikolu 383p 2.
Biex jassenjaw skopertura għar-riskju għal settur, l-istituzzjonijiet għandhom jiddependu minn klassifikazzjoni li tintuża spiss fis-suq għar-raggruppament ta' emittenti skont is-settur. L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull emittent għal wieħed biss mill-buckets tas-settur stabbiliti fit-Tabella 1. Skoperturi għar-riskju minn kwalunkwe emittent li istituzzjoni ma tkunx tista' tassenjahom għal settur b'tali mod għandhom jiġu assenjati jew għall-bucket 11 jew inkella għall-bucket 20 fit-Tabella 1, skont il-kwalità kreditizja tal-emittent.
Artikolu 383p 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw biss għall-buckets 12 u 21 fit-Tabella 1 dawk l-iskoperturi li jagħmlu referenza għall-indiċijiet ikkwalifikati kif imsemmi fl-Artikolu 383b(4).
Artikolu 383p 4.
L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ ta' trasparenza biex jiddeterminaw is-sensittivitajiet ta' skopertura li tirreferi għal indiċi mhux ikkwalifikat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit