+Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni
---+19. Meta jiġi vvalutat jekk tranżazzjoni hijiex strutturata biex tipprovdi appoġġ kif stabbilit …
---+20. Il-fattur ikkontemplat f’punt (a) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+21. Il-fattur ikkontemplat f’punt (b) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+22. Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (c) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru …
---+23. Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (d) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru …
---+24. Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (e) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru …
|
Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni
Fatturi rilevanti għall-valutazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
19. Meta jiġi vvalutat jekk tranżazzjoni hijiex strutturata biex tipprovdi appoġġ kif stabbilit …
|
Meta jiġi vvalutat jekk tranżazzjoni hijiex strutturata biex tipprovdi appoġġ kif stabbilit fil-paragrafu 11, għandhom jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż il-kriterji li ġejjin.
|
|
20. Il-fattur ikkontemplat f’punt (a) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
Il-fattur ikkontemplat f’punt (a) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-prezz tax-xiri mill-ġdid) għandu jiġi applikat ukoll għal tranżazzjonijiet li mhumiex ta’ xiri mill-ġdid u, f’tali każijiet, għandhom jiġu kkunsidrati l-ammonti pagabbli jew, skont il-każ, riċevibbli mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew mill-istituzzjoni sponsor. Għat-tranżazzjonijiet kollha, għandhom jiġu kkunsidrati miżuri tal-valur tas-suq, inkluż prezzijiet ikkwotati fi swieq attivi għal tranżazzjonijiet simili li l-istituzzjoni tista’ taċċessa fid-data tal-kalkolu. Jekk tali miżuri mhumiex identifikabbli, allura għandhom jiġu kkunsidrati inputs minbarra prezzijiet ikkwotati, osservabbli direttament jew indirettament għall-assi; u, jekk tali inputs mhumiex identifikabbli, allura għandhom jiġu kkunsidrati inputs mhux osservabbli għall-assi. Fil-każ ta’ inputs mhux osservabbli, l-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor għandha tipprovdi evidenza lill-awtoritajiet kompetenti tagħha dwar kif l-ammonti riċevibbli jew pagabbli ġew stmati u liema inputs intużaw. L-istituzzjoni oriġinatriċi jew l-istituzzjoni sponsor għandha turi wkoll li din il-valutazzjoni hija f’konformità mal-proċess tar-reviżjoni tal-kreditu u l-proċess ta’ approvazzjoni tagħha. Tranżazzjoni għandha titqies li ma twettqitx f’kundizzjonijiet ta’ distakkament jekk l-ammonti riċevibbli mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew, skont il-każ, l-istituzzjoni sponsor huma materjalment inqas minn, jew l-ammonti pagabbli mill-istituzzjoni oriġinatriċi jew mill-istituzzjoni sponsor huma materjalment ogħla mill-valur tas-suq rilevanti.
|
|
21. Il-fattur ikkontemplat f’punt (b) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
Il-fattur ikkontemplat f’punt (b) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-pożizzjoni kapitali u tal-likwidità tal-istituzzjoni qabel u wara x-xiri mill-ġdid) għandu jiġi kkunsidrat bħala wieħed li huwa rilevanti wkoll fil-każ tat-tranżazzjonijiet minbarra ta’ xiri mill-ġdid. Il-kundizzjonijiet għat-trasferiment sinifikanti tar-riskju għandhom jiġu kkunsidrati li ma għadhomx issodisfati jekk, bħala riżultat tat-tranżazzjoni, it-tnaqqis fl-ammonti tal-iskopertura ponderat għar-riskju li l-istituzzjoni oriġinatriċi kisbet inizjalment, ma għadux iġġustifikat permezz ta’ trasferiment korrispondenti ta’ riskju ta’ kreditu lill-partijiet terzi, li għandu jkun il-każ jekk il-pożizzjoni kapitali jew tal-likwidità tal-istituzzjoni oriġinatriċi hija affettwata materjalment jew b’mod negattiv, direttament jew indirettament, mit-tranżazzjoni. Fit-twettiq ta’ tali valutazzjoni, fost affarijiet oħrajn, għandhom jiġu kkunsidrati l-entrati kontabilistiċi li l-parteċipanti għamlu għat-tranżazzjoni fir-rigward tat-tranżazzjoni u l-bidliet fil-pożizzjoni tal-likwidità tagħhom.
|
|
22. Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (c) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru …
|
Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (c) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-prestazzjoni tal-iskoperturi titolizzati), jekk l-iskoperturi sottostanti li jkunu soġġetti għat-tranżazzjoni jkollhom prestazzjoni dgħajfa relattiva għal skoperturi titolizzati oħrajn jew ġew irrappurtati bħala mhux produttivi, għandu jitqies li t-tranżazzjoni mhijiex imwettqa f’kundizzjonijiet ta’ distakkament jekk tali prestazzjoni dgħajfa jew il-prestazzjoni futura prevista ta’ tali skoperturi bħala riżultat taċ-ċirkustanzi li kkawżaw tali prestazzjoni dgħajfa, mhijiex riflessa kif xieraq fil-prezz tax-xiri jew tax-xiri mill-ġdid.
|
|
23. Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (d) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru …
|
Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (d) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (il-prestazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni), jekk il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni li kienu soġġetti għat-tranżazzjoni kellhom prestazzjoni dgħajfa relattiva għall-pożizzjonijiet oħrajn ta’ titolizzazzjoni jew ġew irrappurtati bħala mhux produttivi, għandu jiġi kkunsidrat (i) jekk il-kost tal-miżuri li jkunu ttieħdu biex itejbu l-prestazzjoni ta’ dawn il-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni ġġarrabx kompletament mill-investituri rilevanti ta’ titolizzazzjoni u (ii) jekk l-istituzzjoni li pparteċipat fit-tranżazzjoni hijiex affettwata b’mod negattiv, direttament jew indirettament mit-tranżazzjoni.
|
|
24. Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (e) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru …
|
Fir-rigward tal-fattur ikkontemplat fil-punt (e) tal-Artikolu 248(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (l-impatt tal-appoġġ fuq it-telf mistenni li jsir mill-oriġinatur relattiv għall-investituri), għandu jiġi kkunsidrat jekk it-telf mistenni ta’ pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni huwiex miżjud jew imnaqqas materjalment, billi jiġu kkunsidrati, fost affarijiet oħrajn, il-bidliet fil-prezz tas-suq tal-pożizzjoni, fl-ammonti tal-iskopertura ponderat għar-riskju u fil-klassifikazzjoni tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|