+6.3 Informazzjoni dwar il-kapital intern u l-allokazzjoni tal-kapital
---+33. Dwar id-definizzjoni tal-kapital intern u l-allokazzjoni tal-kapital użata fl-ICAAP …
---+34. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni sħiħa tad-definizzjoni tal-kapital intern u …

6.3 Informazzjoni dwar il-kapital intern u l-allokazzjoni tal-kapital

6.3.1 Il-metodoloġija u d-dokumentazzjoni tal-politika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
33. Dwar id-definizzjoni tal-kapital intern u l-allokazzjoni tal-kapital użata fl-ICAAP …

Dwar id-definizzjoni tal-kapital intern u l-allokazzjoni tal-kapital użata fl-ICAAP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. definizzjoni tal-kapital intern użat biex ikopri l-istimi tal-kapital tal-ICAAP, inkluż l-elementi/l-istrumenti tal-kapital kollha kkunsidrati;
  • b. deskrizzjoni tad-differenzi prinċipali bejn l-elementi/l-istrumenti tal-kapital intern u l-istrumenti tal-fondi proprji regolatorji, fejn ikun adegwat;
  • c. deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijiet użati għall-allokazzjoni tal-kapital intern għall-entitajiet tal-grupp u s-swieq u l-linji operatorji prinċipali, fejn ikun adegwat;
  • d. deskrizzjoni tal-proċess ta' monitoraġġ (paragun tal-istimi tal-kapital intern mal-kapital allokat), inkluż proċeduri ta' eskalazzjoni.

6.3.2 Dokumentazzjoni operazzjonali

34. Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni sħiħa tad-definizzjoni tal-kapital intern u …

Dwar l-evidenzjar tal-implimentazzjoni sħiħa tad-definizzjoni tal-kapital intern u l-allokazzjoni tal-kapital użata fl-ICAAP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li mill-istituzzjonijiet jirċievu dan li ġej:

  • a. l-ammont ta' kapital intern disponibbli sa dakinhar, maqsum skont id-diversi elementi kkunsidrati;
  • b. ammonti attwali tal-kapital intern allokat għar-riskji koperti mill-ICAAP u l-entitajiet tal-grupp u swieq u linji operatorji prinċipali, meta jkun rilevanti;
  • c. paragun kwantitattiv bejn l-użu tal-kapital intern attwali, relattiv għall-kapital intern allokat ibbażat fuq l-istimi tal-ICAAP appoġġjat bi spjegazzjoni tal-każijiet fejn l-użu tal-kapital attwali jkun viċin jew jaqbeż il-kapital allokat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/