+30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta …
|
30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta …
Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta mqabbel mal - qligħ, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej: - (a) L- importanza relattiva tal - introjtu mill - imgħax nett meta mqabbel mal - introjtu totali nett, u għalhekk l - impatt ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fl - introjtu mill - imgħax nett minn sena għal oħra;
- (b) Il- livelli attwali ta’ introjtu mill - imgħax nett li jistgħu jinkisbu taħt xenarji differenti (jiġifieri l- punt sa fejn il - marġnijiet ikunu wiesgħa biżżejjed biex jassorbu l - volatilità li tirriżulta mill - pożizzjonijiet tar -rati tal- imgħax u mill - bidliet fl - ispiża tal - obbligazzjonijiet);
- (c) Il- potenzjal li jiġġarrab telf reali f’kundizzjonijiet ta’ stress, jew b’riżultat ta’ bidliet sekulari fl - ambjent tas - suq, eżempju fejn jista’ jsir neċessarju li jiġu likwidati pożizzjonijiet li jkunu intenzjonati bħala investiment fit - tul biex jiġi stabbilizzat il - qligħ;
- (d) L- importanza relattiva tal - istrumenti sensittivi għar -rata tal- imgħax (inklużi derivattivi tar - rata tal- imgħax) fil - portafoll mhux tan - negozjar, b’effetti potenzjali murija jew fir - rapport tal- introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (eż. permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor); u
- (e) Il- fluttwazzjoni ta’ introjtu mill - imgħax nett, il - qawwa u l - istabbiltà tal - fluss tal - qligħ u l - livell ta’ introjtu meħtieġ biex jiġu ġġenerati u miżmuma l - operazzjonijiet ta’ negozju normali. Istituzzjonijiet b’livell għoli ta’ IRRBB li jista’ jirriżulta f’telf taħt firxa plawżibbli ta’ xenarji tas - suq, meta jnaqqsu d - distribuzzjoni normali tad - dividenti, jew matul tnaqqis fl - operazzjonijiet tan - negozju, għandhom jiżguraw li għandhom biżżejjed kapital biex jirreżistu l - impatt avvers ta’ dawn ix - xenarji.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|