+4.2 Identifikazzjoni, kalkolu u allokazzjoni tal - kapital
---+22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …
---+23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …
---+24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall -IRRBB, l- …
---+25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - valutazzjonijiet superviżorji tal - …
---+26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …
---+27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …
---+28. Biex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall -IRRBB, l- …
---+29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …
---+30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta …
---+31. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu aġġustamenti għall - kapitali intern ta’ lqugħ fejn ir - …

4.2 Identifikazzjoni, kalkolu u allokazzjoni tal - kapital

4.2 Identifikazzjoni, kalkolu u allokazzjoni tal - kapital

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
22. Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - …

Meta jivvalutaw l - ammonti, it - tipi u d - distribuzzjonijiet tal - kapital intern skont l - Artikolu 73 tad-Direttiva 2013/36/UE, l- istituzzjonijiet għandhom jibbażaw il - kontribut tal - IRRBB għall - valutazzjoni globali tal - kapital intern fuq l - outputs tas - sistemi ta’ kejl interni tal - istituzzjoni, filwaqt li jieħdu kont tas - suppożizzjonijiet ewlenin u tal -limiti tar- riskju. Il - livell globali ta’ kapital għandu jkun proporzjonali kemm mal - livell reali mkejjel tar - riskju (inkluż għall - IRRBB) kif ukoll mal- predispożizzjoni tal - istituzzjoni għar - riskju, u għandu jiġi ddokumentat kif xieraq fir - rapport tagħha dwar il - Proċess ta’ Valutazzjoni Interna dwar l - Adegwatezza tal - Kapital (rapport tal - ICAAP).

23. L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell …

L- istituzzjonijiet għandhom juru li l - kapital intern tagħhom huwa proporzjonali mal - livell ta' IRRBB, fejn jieħdu kont tal - impatt fuq il - kapital intern ikkawżat minn bidliet potenzjali fil -valur ekonomiku u fil - qligħ futur tal - istituzzjoni li jirriżultaw minn bidliet fir -rati tal- imgħax. L - istituzzjonijiet mhumiex mistennija jagħmlu għadd doppju tal - kapital intern tagħhom għall - kejl tal-EV u tal- qligħ.

24. Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall -IRRBB, l- …

Fl - analiżi tal - ICAAP tagħhom tal - ammont ta’ kapital intern meħtieġ għall -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom iqisu:

  • (a) il- kapital intern miżmum għar - riskji għall - valur ekonomiku li jistgħu jirriżultaw minn ċaqliq avvers fir -rati tal- imgħax; u
  • (b) ir- ħtiġijiet ta’ kapital intern li jirriżultaw mill - impatt ta’ bidliet fir - rata fuq il - kapaċità ta’ qligħ fil - futur, u l - implikazzjonijiet li jirriżultaw għal - livelli interni ta’ kapital ta’ lqugħ.
25. L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - valutazzjonijiet superviżorji tal - …

L- istituzzjonijiet ma għandhomx jiddependu biss mill - valutazzjonijiet superviżorji tal - adegwatezza tal - kapital għall -IRRB B jew mill - eżitu tat - test superviżorju tal - eċċezzjonijiet (ara t - Taqsima 4.5), iżda għandhom jiżviluppaw u jużaw il - metodoloġiji tagħhom stess għall - allokazzjoni tal - kapital, ibbażati fuq il - predispożizzjoni tagħhom għar - riskju, il - livell ta’ riskju u l - politiki dwar il - ġestjoni tar - riskju. Meta jiddeterminaw il - livell xieraq ta’ kapital, l - istituzzjonijiet għandhom iqisu kemm l - ammont kif ukoll il - kwalità tal - kapital meħtieġ.

26. Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej …

Valutazzjonijiet tal - adegwatezza tal - kapital għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej:

  • (a) id- daqs u l - perjodu ta’ maturità tal - limiti interni fuq l - iskoperturi għall - IRRBB, u jekk dawn il- limiti jintlaħqux fil - punt tal - kalkolu tal - kapital;
  • (b) l- ispiża mistennija tal - iħħeġġjar ta’ pożizzjonijiet miftuħa li huma intenzjonati li jieħdu vant aġġ mill - aspettattivi interni tal - livell futur tar -rati tal- imgħax;
  • (c) is - sensittività tal - miżuri interni tal - IRRBB għal suppożizzjonijiet tal - immudellar ewlenin jew imperfetti;
  • (d) l- impatt ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq pożizzjonijiet ipprezzati b’indiċijiet differenti tar - rati tal- imgħax (riskju ta’ bażi);
  • (e) l- impatt fuq il - valur ekonomiku u l - qligħ (inklużi l - effetti fuq il - portafoll ta' valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor (FVOCI)) ikkawżat mill - ispariġġ bejn il - pożizzjonijiet f’muniti differenti;
  • (f) l- impatt tat - telf inkorporat u l - gwadanji inkorporati;
  • (g) id- distribuzzjoni tal - kapital relattiv għar - riskji fl - entitajiet ġuridiċi kollha inklużi fil - perimetru prudenzjali ta’ konsolidazzjoni tal - grupp, minbarra l - adegwatezza tal - kapital kumplessiv fuq bażi konsolidata;
  • (h) il- motivaturi tar - riskju sottostanti; u
  • (i) iċ - ċirkustanzi li taħthom jista’ jimmaterjalizza r - riskju.
27. L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ …

L- eżiti tal - adegwatezza tal - kapital għall - IRRBB għandhom jitqiesu fl - ICAAP ta’ istituzzjoni u għandhom jitqiesu wkoll fil - valutazzjonijiet tal- kapital assoċjat ma’ linji ta’ negozju.

28. Biex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall -IRRBB, l- …

Biex jikkalibraw l - ammont ta’ kapital intern li jrid jinżamm għall -IRRBB, l- istituzzjonijiet għandhom jużaw sistemi ta’ kejl u firxa ta’ xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir -rati tal- imgħax, li jkunu adattati għ all- profil tar - riskju tal - istituzzjoni sabiex jikkwantifikaw l - iskala potenzjali ta’ kwalunkwe effett tal - IRRBB taħt kundizzjonijiet avversi.

29. L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - …

L- istituzzjonijiet li joperaw mudelli ta’ kapital ekonomiku għandhom jiżguraw li l - allokazzjoni tal - kapital intern għall - IRRBB tkun inkluża kif xieraq fl - allokazzjoni ġenerali tal - kapital ekonomiku, li kwalunkwe suppożizzjoni dwar id - diversifikazzjoni tiġi ddokumentata u li l - affidabbiltà u l - istabbiltà tagħha jiġu vverifikati bl - użu ta’ data storika xierqa għall - istituzzjoni individwali u għas - swieq li topera fihom. L - ispejjeż tal - kapital ekonomiku jistgħu jiġu allokati lura għall - unitajiet tan - negozju u għall - prodotti biex jiġi żgurat li l - ispejjeż sħaħ tal - unitajiet tan - negozju jew tal - prodotti sottostanti jinftiehmu sew minn dawk responsabbli mill - ġestjoni tagħhom.

30. Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta …

Meta jqisu jekk għandhomx jagħmlu allokazzjoni ta’ kapital intern fir -rigward tal- IRRBB meta mqabbel mal - qligħ, l - istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni dan li ġej:

  • (a) L- importanza relattiva tal - introjtu mill - imgħax nett meta mqabbel mal - introjtu totali nett, u għalhekk l - impatt ta’ varjazzjonijiet sinifikanti fl - introjtu mill - imgħax nett minn sena għal oħra;
  • (b) Il- livelli attwali ta’ introjtu mill - imgħax nett li jistgħu jinkisbu taħt xenarji differenti (jiġifieri l- punt sa fejn il - marġnijiet ikunu wiesgħa biżżejjed biex jassorbu l - volatilità li tirriżulta mill - pożizzjonijiet tar -rati tal- imgħax u mill - bidliet fl - ispiża tal - obbligazzjonijiet);
  • (c) Il- potenzjal li jiġġarrab telf reali f’kundizzjonijiet ta’ stress, jew b’riżultat ta’ bidliet sekulari fl - ambjent tas - suq, eżempju fejn jista’ jsir neċessarju li jiġu likwidati pożizzjonijiet li jkunu intenzjonati bħala investiment fit - tul biex jiġi stabbilizzat il - qligħ;
  • (d) L- importanza relattiva tal - istrumenti sensittivi għar -rata tal- imgħax (inklużi derivattivi tar - rata tal- imgħax) fil - portafoll mhux tan - negozjar, b’effetti potenzjali murija jew fir - rapport tal- introjtu jew inkella direttament fl - ekwità (eż. permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor); u
  • (e) Il- fluttwazzjoni ta’ introjtu mill - imgħax nett, il - qawwa u l - istabbiltà tal - fluss tal - qligħ u l - livell ta’ introjtu meħtieġ biex jiġu ġġenerati u miżmuma l - operazzjonijiet ta’ negozju normali. Istituzzjonijiet b’livell għoli ta’ IRRBB li jista’ jirriżulta f’telf taħt firxa plawżibbli ta’ xenarji tas - suq, meta jnaqqsu d - distribuzzjoni normali tad - dividenti, jew matul tnaqqis fl - operazzjonijiet tan - negozju, għandhom jiżguraw li għandhom biżżejjed kapital biex jirreżistu l - impatt avvers ta’ dawn ix - xenarji.
31. L- istituzzjonijiet għandhom iqisu aġġustamenti għall - kapitali intern ta’ lqugħ fejn ir - …

L- istituzzjonijiet għandhom iqisu aġġustamenti għall - kapitali intern ta’ lqugħ fejn ir - riżultati tal - ittestjar tal - istress tagħhom jenfasizzaw il - potenzjal għal tnaqqis fil - qligħ (u għalhekk tnaqqis fil - kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal - kapital) f’xenarji ta’ stress.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/