+Linja Gwida 5: Ostakoli
|
Linja Gwida 5: Ostakoli
5.1 L- ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti: - a. sommarju tal - metodu/i ta’ twettiq tal - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni tal - PSUs li huma appoġġati mill - interfaċċa ddedikata, jiġifieri ridirezzjoni, diżakkoppjat, inkorporat jew kombinazzjoni tagħhom; u
- b. spjegazzjoni tar - raġunijiet għaliex il - metodu/i ta’ twettiq tal - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni msemmija fil - paragrafu (a) mhuwiex/mhumiex ostaklu, kif imsemmi fl - Artikolu 32(3) tal - RTS, u kif tali metodu/i jippermetti/jippermettu lill - PISPs u lill - AISPs jibbażaw fuq il - proċeduri ta’ awtentikazzjoni kollha pprovduti mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu, flimkien ma’ evidenza li l - interfaċċa ddedikata ma tagħtix lok għal dewmien jew frizzjoni mhux meħtieġa fl - esperjenza disponibbli għall - PSUs meta jaċċessaw il - kont tagħhom permezz ta’ PISP, AISP jew CBPII jew għal kwalunkwe attribut ieħor, inklużi passi mhux meħtieġa jew superfluwi jew l - użu ta’ lingwaġġ mhux ċar jew skoraġġanti, li b’mod dirett jew indirett jiddisswadu lill - PSUs milli jużaw is - servizzi ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs.
5.2 Bħala parti mill - ispjegazzjoni msemmija fl - ittra (b) tal - Linja Gwida 5.1, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti b’konferma li: - a. l - interfaċċa ddedikata ma tipprevjenix il - PISPs u l - AISPs milli jibbażaw fuq il - proċedura/i ta’ awtentikazzjoni pprovduta/i mill - ASPSP lill - PSUs tiegħu;
- b. ma hija meħtieġa l - ebda awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni addizzjonali mill - PISPs, l - AISPs jew is - CBPIIs, għajr dawk imposti fl - Artikoli 11, 14 u 15 tal - PSD2;
- c. ma hemm ebda kontroll addizzjonali mill - ASPSP dwar il - kunsens, kif imsemmi fl - Artikolu 32(3) tal - RTS, mogħti mill - PSU lill - PISP jew lill - AISP biex jaċċessa l - informazzjoni dwar il - kont(ijiet) ta’ pagament miżmuma mal - ASPSP jew biex jibda pagamenti; u
- d. ma jitwettaq ebda kontroll dwar il - kunsens mogħti mill - PSU lis - CBPII skont l - ittra (a) tal - Artikolu 65(2) tal - PSD2.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|