|
+Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA |
Linja Gwida 9: Konsultazzjoni mal -EBA9.1 Meta jikkonsultaw lill -EBA skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1 fir - rigward ta’ kull talba għal eżenzjoni li jkun beħsiebhom jagħtu. L - awtoritajiet kompetenti ma għandhom jieħdu l - ebda deċiżjoni fir - rigward tal - eżenzjoni qabel l - ewwel waħda minn meta jirċievu l - kummenti tal -EBA dwar it - talba jew xahar mid - data li l - awtorità kompetenti tkun ikkonsultat lill -EBA. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod xieraq il - kummenti tal - EBA meta jieħdu kwalunkwe deċiżjoni dwar it - talba. 9.2 B’deroga mil - Linja Gwida 9.1, sal - 31 ta’ Diċembru 2019, l - awtoritajiet kompetenti li jkunu nnotifikaw lill - EBA li huma konformi ma’ dawn il - Linji Gwida jistgħu jipproċedu biex jagħtu eżenzjoni bil - kundizzjoni li jkunu kkonsultaw lill - EBA billi infurmawha bl - intenzjoni tagħhom li jagħtu l - eżenzjoni billi użaw il - Formola ta’ Valutazzjoni stabbilita fl - Anness 1. F’każ bħal dan, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jissottomettu l - Formola ta’ Valutazzjoni tagħhom li tkopri ASPSP wieħed jew aktar. 9.3 L- awtoritajiet kompetenti li jkunu rrifjutaw li jeżentaw ASPSP mill - obbligu li jistabbilixxi l - mekkaniżmu ta’ kontinġenza msemmi fl - Artikolu 33(4) tal - RTS minħabba li l - interfaċċa ddedikata tiegħu ma tikkonformax mal - kundizzjonijiet stabbiliti fl - Artikolu 33(6) tal - RTS u mar - rekwiżiti tal - Linji Gwida 2 sa 8, għandhom jissottomettu lill - EBA l - Formola ta’ Valutazzjoni fl - Anness 1 mingħajr dewmien żejjed. Il - valutazzjoni negattiva għandha tiġi pprovduta għat - talbiet miċħuda kollha sabiex tingħata eżenzjoni skont l - Artikolu 33(6) tal - RTS. 9.4 Fejn ASPSP ikun parti minn grupp b’sussidjarji fi Stati Membri differenti li se jużaw l - istess interfaċċa ddedikata, kull waħda mill - awtoritajiet kompetenti ta’ dawk l - Istati Membri għandha:
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|