+249. Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom …
|
249. Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom …
Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji u prattiki xierqa, li jippermettu l - aggregazzjoni tal - iskoperturi tar - riskju ta’ kreditu f’linji operatorji, f’portafolli, f’subportafolli, fi prodotti, f’industriji u f’segmenti ġeografiċi, u jappoġġaw l - identifikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - data tar- riskju ta’ kreditu u l - infrastruttura tad - data jissodisfaw ir - rekwiżiti li ġejjin: - a. il- fond u l - firxa sabiex ikopru l - fatturi ta’ riskju sinifikanti kollha — da n jenħtieġ li jippermetti, fost l - oħrajn, li l - iskoperturi jiġu raggruppati flimkien f’termini ta’ karatteristiċi kondiviżi tar - riskju ta’ kreditu, bħas - settur istituzzjonali li għalih jappartjeni l - mutwatarju, l - iskop tat - tranżazzjoni u l - post ġeografiku tal-mutwatarju/kollateral, sabiex tkun tista’ ssir analiżi aggregata li tippermetti l - identifikazzjoni tal - iskopertura tal - entità għal dawn il - fatturi ta’ riskju sinifikanti;
- b. il- preċiżjoni, l - integrità, l - affidabbiltà u l - puntwalità tad - data ;
- c. il- konsistenza, li tkun ibbażata fuq sorsi komuni ta’ informazzjoni u fuq definizzjonijiet uniformi tal - kunċetti użati għall - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u, fejn possibbli, għall - kontabbiltà;
- d. it- traċċabilità, b’tali mod li s - sors tal - informazzjoni jkun jista’ jiġi identifikat.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|