+8.1 Dispożizzjonijiet ġenerali għall - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu
---+240. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom qafas ta’ monitoraġġ robust u effettiv, sostnut minn …
---+241. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ jippermetti lill - istituzzjonijiet jiġġestixxu u …
---+242. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …
---+243. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, fit - tfassil u fl - implimentazzjoni tal - …
---+244. Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ ikun ibbażat fuq prinċipju ta’ azzjoni ta’ segwitu li …
---+245. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkopri dawn li ġejjin: a. l- …
---+246. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ u l- infrastruttura tad - data jippermettu lill - …
---+247. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …
---+248. Bħala parti mill - monitoraġġ u mir -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
---+249. Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom …
---+250. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - metrika operazzjonali li tirrigwarda l - …
|
8.1 Dispożizzjonijiet ġenerali għall - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu
8.1 Dispożizzjonijiet ġenerali għall - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
240. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom qafas ta’ monitoraġġ robust u effettiv, sostnut minn …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom qafas ta’ monitoraġġ robust u effettiv, sostnut minn infrastruttura adegwata tad - data , sabiex jiżguraw li l - informazzjoni dwar l - iskoperturi għar - riskju ta’ kreditu, il - mutwatarji u l - kollateral tagħhom tkun rilevanti u aġġornata, u li r -rapportar estern ikun affidabbli, komplut, aġġornat u f’waqtu.
|
|
241. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ jippermetti lill - istituzzjonijiet jiġġestixxu u …
|
Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ jippermetti lill - istituzzjonijiet jiġġestixxu u jimmonitorjaw l- iskoperturi għar - riskju ta’ kreditu tagħhom f’konformità mal -apt it, mal - istrateġija, mal -politiki u mal - proċeduri tar - riskju ta’ kreditu tagħhom fil - livelli tal - portafoll u, fejn rilevanti u materjali, tal- iskoperturi individwali.
|
|
242. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkun iddefinit u dokumentat sew, ikun integrat fl - oqfsa ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar - riskju tal - istituzzjonijiet, u jippermetti li l - iskoperturi ta’ kreditu jiġu segwiti matul iċ - ċiklu tal - ħajja kollu tagħhom.
|
|
243. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, fit - tfassil u fl - implimentazzjoni tal - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jikkunsidraw, fit - tfassil u fl - implimentazzjoni tal - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu tagħhom, li: - a. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jipprovdu l - kapaċità li tinġabar u tiġi kkompilata awtomatikament data dwar ir- riskju ta’ kreditu mingħajr dewmien żejjed u b’dipendenza baxxa fuq il - proċessi manwali;
- b. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jippermettu l - ġenerazzjoni ta’ data granulari dwar ir - riskju li tkun kompatibbli u tintuża għall - finijiet ta’ ġestjoni tar - riskju tal - istituzzjoni stess iżda li tista’ wkoll tissodisfa r - rekwiżiti tal - awtoritajiet kompetenti għal rapportar regolari prudenzjali u statistiku, kif ukoll għal finijiet ta’ simulazzjoni ta’ kriżi u ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet;
- c. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jiżguraw monitoraġġ effettiv tal - iskoperturi ta’ kreditu u tal - kollateral kollu, u jippermettu li jiġi segwit il - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu;
- d. il- qafas u l - infrastruttura tad - data jiżguraw li l - istituzzjonijiet iżommu serje xierqa ta’ żmien ta’ rapportar għal skoperturi kurrenti, tipi ġodda ta’ self u indikaturi ta’ twissija bikrija (EWIs) matul il - perjodu ta’ ppjanar tar - riskju ta’ kreditu tagħhom.
|
|
244. Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ ikun ibbażat fuq prinċipju ta’ azzjoni ta’ segwitu li …
|
Jenħtieġ li l - proċess ta’ monitoraġġ ikun ibbażat fuq prinċipju ta’ azzjoni ta’ segwitu li ssostni u tirriżulta f’ċirku ta’ feedback regolari u informat, sabiex jiġi informat l - issettjar/ir - rieżami tal - aptit, tal - politiki u tal -limiti tar- riskju ta’ kreditu.
|
|
245. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkopri dawn li ġejjin: a. l- …
|
Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu jkopri dawn li ġejjin: - a. l- imġiba tal - ħlas tal - mutwatarji, li tinkludi kull devjazzjoni mir - rekwiżiti tal - ftehimiet ta’ kreditu, inklużi pagamenti tardivi, mitlufa jew parzjali;
- b. ir- riskju ta’ kreditu assoċjat kemm mal - mutwatarju kif ukoll mat - tranżazzjoni fir - rigward ta’:
- i. skoperturi ta’ kreditu individwali u telf fil - każ ta’ inadempjenza, fejn applikabbli;
- ii. mutwatarji individwali, inkluż il - valur tal - iskopertura, il - probabilità tal - inadempjenza (PD) u l - klassifikazzjoni tal - kreditu tagħhom, fejn applikabbli;
- iii. grupp ta’ klijenti relatati;
- iv. portafoll;
- c. riskju ta’ kreditu għal kull post ġeografiku u settur ekonomiku ta’ skopertura aħħarija, meta applikabbli;
- d. indebolimenti, treġġigħ lura ta’ indebolimenti, tħassir u deċiżjonijiet oħra rigward aġġustamenti tal - valur għal skopertura ta’ kreditu.
|
|
246. Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ u l- infrastruttura tad - data jippermettu lill - …
|
Jenħtieġ li l - qafas ta’ monitoraġġ u l- infrastruttura tad - data jippermettu lill - istituzzjonijiet isegwu l - proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ kreditu, inklużi l - monitoraġġ u r -rapportar tad-deċiżjonijiet kollha ta’ kreditu, l - eċċezzjonijiet mill - politiki ta’ kreditu, u l - eskalazzjonijiet għal - livelli ogħla ta’ dawk li jieħdu d - deċiżjonijiet ta’ kreditu. Għal dan l - għan, fi ħdan il - qafas ta’ monitoraġġ, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw l - implimentazzjoni u l - applikazzjoni tal - indikaturi ta’ riskju ewlenin rilevanti li huma speċifiċi għat - tip ta’ assi jew għal - livell tal - portafoll, sabiex jiddeterminaw il - profil tar - riskju ta’ kreditu li dejjem jevolvi tal - portafolli u tal - istituzzjoni.
|
|
247. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - qafas ta’ monitoraġġ tar - riskju ta’ kreditu u l - infrastruttura tad - data jippermettu wkoll li jkun hemm viżwalizzazzjoni ta’ klijent uniku.
|
|
248. Bħala parti mill - monitoraġġ u mir -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - …
|
Bħala parti mill - monitoraġġ u mir -rapportar tar- riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jidentifikaw il - motivaturi rilevanti tar - riskju ta’ kreditu aggregat tagħhom kif ukoll tar - riskju ta’ kreditu fil - portafolli u fis - subportafolli tagħhom, filwaqt li jqisu l - fatturi makroekonomiċi (inklużi dawk demografiċi) u l - fatt li l - motivaturi tar - riskju ta’ kreditu jistgħu jinbidlu maż - żmien. Jenħtieġ li l - motivaturi tar -r iskju ta’ kreditu jitkejlu, jiġu analizzati u monitorjati, u jenħtieġ li l - funzjoni ta’ ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu tirrapporta b’mod regolari l - eżitu tal - analiżi lill -korp maniġerjali.
|
|
249. Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom …
|
Meta jimmonitorjaw ir - riskju ta’ kreditu, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji u prattiki xierqa, li jippermettu l - aggregazzjoni tal - iskoperturi tar - riskju ta’ kreditu f’linji operatorji, f’portafolli, f’subportafolli, fi prodotti, f’industriji u f’segmenti ġeografiċi, u jappoġġaw l - identifikazzjoni ta’ konċentrazzjonijiet tar - riskju ta’ kreditu. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li d - data tar- riskju ta’ kreditu u l - infrastruttura tad - data jissodisfaw ir - rekwiżiti li ġejjin: - a. il- fond u l - firxa sabiex ikopru l - fatturi ta’ riskju sinifikanti kollha — da n jenħtieġ li jippermetti, fost l - oħrajn, li l - iskoperturi jiġu raggruppati flimkien f’termini ta’ karatteristiċi kondiviżi tar - riskju ta’ kreditu, bħas - settur istituzzjonali li għalih jappartjeni l - mutwatarju, l - iskop tat - tranżazzjoni u l - post ġeografiku tal-mutwatarju/kollateral, sabiex tkun tista’ ssir analiżi aggregata li tippermetti l - identifikazzjoni tal - iskopertura tal - entità għal dawn il - fatturi ta’ riskju sinifikanti;
- b. il- preċiżjoni, l - integrità, l - affidabbiltà u l - puntwalità tad - data ;
- c. il- konsistenza, li tkun ibbażata fuq sorsi komuni ta’ informazzjoni u fuq definizzjonijiet uniformi tal - kunċetti użati għall - ġestjoni tar - riskju ta’ kreditu u, fejn possibbli, għall - kontabbiltà;
- d. it- traċċabilità, b’tali mod li s - sors tal - informazzjoni jkun jista’ jiġi identifikat.
|
|
250. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - metrika operazzjonali li tirrigwarda l - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet jiżguraw li l - metrika operazzjonali li tirrigwarda l - governanza tar - riskju ta’ kreditu tkun xierqa għall - profil ta’ kreditu tagħhom u tkun applikata b’mod proporzjonat. Dan jinkludi kwalunkwe tibdil f id- definizzjonijiet tal - metrika ta’ self sottostanti, tibdiliet materjali fi skali jew f’sistemi ta’ klassifikazzjoni jew f’politiki/oqfsa tar - riskju ta’ kreditu li jgħinu jiddefinixxu/ikejlu r - riskju ta’ kreditu, u jbiddlu/jimmodifikaw it - termini tal -prodott sabiex jiġu evitati ksur ta’ politika jew eċċezzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|