+13. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid -Direttiva 2013/36/UE u …

13. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid -Direttiva 2013/36/UE u …

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it - termini użati u definiti fid -Direttiva 2013/36/UE u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom l -istess tifsira fil- linji gwida. Barra minn hekk, għall - finijiet ta’ dawn il-linji gwida , għandhom japplikaw id - definizzjonijiet li ġejjin:

Predispożizzjoni għar - riskjutfisser il-livell aggregat u t- tipi ta’ riskju li istituzzjoni hija lesta tassumi fil- kapaċità għar - riskju tagħha, f’konformità mal -mudell kummerċjali tagħha, biex tilħaq l - objettivi strateġiċi tagħha.
Kapaċità tar - riskjutfisser il- livell massimu ta’ riskju li istituzzjoni kapaċi tassumi fid - dawl tal- bażi kapitali tagħha, il - kapaċitajiet ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar- riskju tagħha, u l -limitazzjonijiet regolatorji tagħha.
Kultura tar - riskjutfisser in-normi, l-attitudnijiet u l- imġiba ta’ istituzzjoni relatati mas- sensibilizzazzjoni għar -riskju, it- teħid ta’ riskji u l - ġestjoni tar - riskji, u l-kontrolli li jsawru d- deċiżjonijiet dwar ir -riskji. Il-kultura tar-riskju tinfluwenza d- deċiżjonijiet tal - maniġment u tal - impjegati waqt l - attivitajiet ta’ kuljum u għandha impatt fuq ir - riskji li jassumu.
Persunaltfisser l- impjegati kollha ta’ istituzzjoni u tas - sussidjarji tagħha fil - kamp ta’ applikazzjoni ta’ konsolidazzjoni, inkluż sussidjarji li mhumiex soġġetti għad -Direttiva 2013/36/UE, u l- membri kollha tal- korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali u fil -funzjoni superviżorja tiegħu.
Uffiċjal kap eżekuttiv (CEO)tfisser il- persuna li hija responsabbli mill- ġestjoni u mit - tmexxija tal- attivitajiet kummerċjali ġenerali ta’ istituzzjoni.
Uffiċjal kap finanzjarju (CFO)tfisser il- persuna li hija b’mod ġenerali responsabbli mill - ġestjoni tal- attivitajiet kollha li ġejjin: il - ġestjoni tar - riżors i finanzjarji, l-ippjanar finanzjarju u r-rapportar finanzjarju.
Kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll interntfisser il-persuni fl- ogħla livell ġerarkiku inkarigati mill - ġestjoni effettiva tal-operat ta’ kuljum tal-funzjonijiet indipendenti tal-ġestjoni tar-riskju, tal-konformità u tal-awditjar intern.
Detenturi ta’ funzjonijiet ewlenintfisser persuni li għandhom influwenza sinifikanti fuq id -direzzjoni tal- istituzzjoni, iżda li la huma membri tal - korp ta’ ġestjoni u lanqas is- CEO. Dawn jinkludu l-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u s- CFO, fejn ma jkunux membri tal - korp ta’ ġestjoni, u, fejn identifikati minn approċċ ibbażat fuq ir -riskju mill-istituzzjonijiet, detenturi oħra ta’ funzjonijiet ewlenin. Detenturi ta’ funzjonijie t ewlenin oħra jistgħu jinkludu kapijiet ta’ linji operatorji sinifikanti, fergħat taż - Żona Ekonomika Ewropea/tal- Assoċjazzjoni Ewropea tal - Kummerċ Ħieles, sussidjarji ta’ pajjiżi terzi u funzjonijiet interni oħra. tfisser l-applikazzjoni tar-regoli prudenzjali stabbiliti fid-Direttiva 2013/36/UE u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi
Konsolidazzjoni prudenzjalikonsolidata jew subkonsolidata, skont il-Parti 1, it-Titolu 2, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 575/2013.5
Differenza bejn il - ġeneri fil - pagitfisser id-differenza bejn il- qligħ gross medju fis - siegħa tal - irġiel u n- nisa espressa bħala perċentwal tal - qligħ gross medju fis - siegħa tal- irġiel.
Istituzzjoni tal - konsolidazzjonitfisser istituzzjoni li hija meħtieġa timxi mar- rekwiżiti prudenzjali abbażi tas -sitwazzjoni konsolidata skont il-Parti 1, it-Titolu 2, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) 575/2013.
Istituzzjonijiet sinifikantitfisser l-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE (istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs), u istituzzjonijiet sistematikament importanti oħrajn (O - SIIs)), u, skont kif ikun xieraq, istituzzjonijiet oħrajn stabbiliti mill-awtorità kompetenti jew bil- liġi nazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni tad- daqs u tal-organizzazzjoni interna tal-istituzzjonijiet, kif ukoll in-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kumplessità tal- attivitajiet tagħhom.
Istituzzjoni elenkatatfisser istituzzjonijiet li l- istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan - negozjar f’suq regolat jew f’faċilità multilaterali tan-negozjar kif definit fl-Artikolu 4(21) u l-Artikolu 4(22) tad-Direttiva 2014/65/UE, fi Stat Membru wieħed jew aktar6 .
Azzjonisttfisser persuna li hija proprjetarju ta’ ishma f’istituzzjoni jew , skont il- forma ġuridika ta’ istituzzjoni, sidien jew membri oħrajn tal - istituzzjoni.
Direttorattfisser pożizzjoni bħala membru tal - korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ entità ġuridika oħra.

5 Ara wkoll l-RTS dwar il- konsolidazzjoni prudenzjali skont: https://www.eba.europa.eu/sites/default/documents/files/document_library/Publications/Draft%20Technical%20Stan dards/2021/973355/Final%20Report%20Draft%20RTS%20methods%20of%20consolidation.pdf

6 Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill tal -15 ta’ Mejju 2014 dwar is- swieq fl -istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d -Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/