+Titolu IX - Valutazzjoni tal-idoneità tal-awtoritajiet kompetenti u tal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil - kuntest tar - riżoluzzjoni
---+203. L-awtoritajiet kompetenti u l-aw toritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jispeċifikaw il - …
---+204. Bħala parti mill - proċeduri ta’ hawn fuq, għandu jiġi żgurat li l -idoneità tal-membri …
---+205. Il- proċeduri għandhom jiżguraw li l -awtoritajiet tar- riżoluzzjoni jinnotifikaw lill - …
---+206. Meta jinħatru membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni skont l -Artikolu 27, l -Artikolu 28 jew …
---+207. Il- maniġer speċjali maħtur mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni skont ir - riżoluzzjoni u …

Titolu IX - Valutazzjoni tal-idoneità tal-awtoritajiet kompetenti u tal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil - kuntest tar - riżoluzzjoni

Titolu IX - Valutazzjoni tal-idoneità tal-awtoritajiet kompetenti u tal- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni fil - kuntest tar - riżoluzzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
203. L-awtoritajiet kompetenti u l-aw toritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jispeċifikaw il - …

L-awtoritajiet kompetenti u l-aw toritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jispeċifikaw il - proċeduri applikabbli għall - iskambju ta’ informazzjoni rigward il -valutazzjonijiet tal-idoneità tal-membri tal- korp ta’ ġestjoni u s - sostituzzjoni tagħhom f’konformità mal -Artikoli 27, 28 u 34 (1)(c), filwaqt li jqisu wkoll l -Artikolu 81(2) tal - BRRD li skontu l -awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni dwar it - tneħħija ta’ membru wieħed jew aktar tal- korp ta’ ġestjoni u l - ħatra ta’ membru wieħed jew aktar tal - korp ta’ ġestjoni skont l - Artikoli 27 u 28 tal-BRRD.

204. Bħala parti mill - proċeduri ta’ hawn fuq, għandu jiġi żgurat li l -idoneità tal-membri …

Bħala parti mill - proċeduri ta’ hawn fuq, għandu jiġi żgurat li l -idoneità tal-membri maħtura ġodda tal - korp ta’ ġestjoni u tal - korp ta’ ġestjoni bħala korp kollettiv fejn rilevanti kif imsemmi fl -Artikoli 27, 28 u l-Artikolu 34(1)(c) tal - BRRD jiġu vvalutati mill -awtoritajiet kompetenti f’konformità mal-kriterji tat-Titolu III.

205. Il- proċeduri għandhom jiżguraw li l -awtoritajiet tar- riżoluzzjoni jinnotifikaw lill - …

Il- proċeduri għandhom jiżguraw li l -awtoritajiet tar- riżoluzzjoni jinnotifikaw lill - awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe ħatra ġdida ta’ membru wieħed jew aktar tal- korp ta’ ġestjoni. Meta jaħtru membri tal - korp ta’ ġestjoni skont l - Artikolu 34(1)(c) skont is - setgħat ta’ riżoluzzjoni provduti fl -Artikolu 63(1)(l) tal - BRRD, l - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti mill- aktar fis possibbli d - dokumenti meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni tal -idoneità.

206. Meta jinħatru membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni skont l -Artikolu 27, l -Artikolu 28 jew …

Meta jinħatru membri ġodda tal - korp ta’ ġestjoni skont l -Artikolu 27, l -Artikolu 28 jew l-Artikolu 34(1)(c) tal - BRRD, l -awtor itajiet kompetenti għandhom iwettqu l -valutazzjoni tal-idoneità wara li l-membru tal- korp ta’ ġestjoni jew il - korp ta’ ġestjoni bħala korp kollettiv ikun ħa l - pożizzjoni tiegħu minħabba l - emerġenza tas - sitwazzjoni u jieħdu d - deċiżjoni tagħhom dwar l-adegwa tezza mingħajr dewmien żejjed, bil - għan li jkun hemm perijodu ta’ żmien ta’ xahar mid - data li fiha jirċievu notifika tal - ħatra kif stabbilit fil - liġi nazzjonali (eż. mill - istituzzjoni) f’konformità mal -Artikolu 28 tal-BRRD jew mill- awtorità ta’ riżoluzzjoni skont l - Artikolu 34(1)(c) skont is - setgħat ta’ riżoluzzjoni provduti skont l -Artikolu 63(1)(l) tal -BRRD. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill -awtorità tar- riżoluzzjoni mingħajr dewmien żejjed dwar ir- riżultati tal -valutazzjoni.

207. Il- maniġer speċjali maħtur mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni skont ir - riżoluzzjoni u …

Il- maniġer speċjali maħtur mill - awtorità ta’ riżoluzzjoni skont ir - riżoluzzjoni u assenjat b’kompiti esklussivament relatati mal -implimentazzjoni tal- azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni skont l - Artikolu 35 tal - BRRD b’mandat temporanju li ma jaqbiżx il - perjodu ta’ riżoluzzjoni, mhuwiex soġġett għall -valutazzjoni tal- idoneità li għandha titwettaq mill -awtorità kompetenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/