|
+Linja Gwida 2: Network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont l - Artikolu 3(k)(i) tal -PSD2 |
Linja Gwida 2: Network limitat ta’ fornituri ta’ servizz skont l - Artikolu 3(k)(i) tal -PSD22.1 Waqt il - valutazzjoni dwar jekk l - użu ta’ strument ta’ pagament speċifiku huwiex limitat fi ħdan network limitat ta’ fornituri ta’ servizz, l - awtoritajiet kompetenti għandhom EBA Public jikkunsidraw il- kriterji kollha li ġejjin fil - valutazzjoni tal - informazzjoni mogħtija mill - emittent man - notifika sottomessa skont l - Artikolu 37(2) tal - PSD2:
2.2 B’mod kumplimentari għall - valutazzjoni skont Linja Gwida 2.1, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, abbażi tad - daqs u l - ispeċifiċità tas - suq tagħhom, l -indikaturi addizzjonali kollha li ġejjin:
2.3 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li network limitat ta’ fornituri ta’ servizz jista’ jikkonsisti fi ħwienet fiżiċi biss, fi ħwienet online biss jew f’taħlita ta’ ħwienet fiżiċi u online. 2.4 Waqt li ssir il - valutazzjoni stabbilita f’Linji Gwida 2.1 u 2.2, l- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jagħmlu distinzjoni bejn it - tipi ta’ ħwienet u m’għandhomx jirrikjedu li t - tip ta’ oġġetti u servizzi offruti fi ħwienet online ikun dipendenti mit - tip ta’ oġġetti u servizzi offruti fil - ħwienet fiżiċi jew vice versa . 2.5 L- awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jippermettu l - użu tal - istess strument ta’ pagament eskluż skont l - Artikolu 3(k)(i) tal - PSD2 fuq networks limitati differenti ta’ fornituri ta’ servizz. EBA Public 2.6 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw li jew l - emittent tal - istrument ta’ pagament jew il - fornituri ta’ oġġetti u servizzi jkunu jistgħu jiddelegaw il - konklużjoni tal - ftehim kuntrattwali msemmi fil -Linja Gwida 2.1 lil parti terza li taġixxi f’isimhom rispettivament. 2.7 L- awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il - Linji Gwida 2.1 u 2.2 b’mod restrittiv li ma jippermettix il - possibbiltà li strument ta’ pagament għal skop speċifiku jiżviluppa fi strument ta’ pagament għal skop ġenerali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|