+151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …
|
151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala materjali għal ditta tal - investiment speċifika iżda li mhumiex elenkati hawn fuq. Dawk ir- riskji l - oħrajn, li ma jistgħux jiġu attribwiti b’mod raġonevoli għal waħda mit - tliet kategoriji elenkati fil - paragrafu 147, il- punti (a) sa (c), huma kategorija separata ta’ riskji. Dawn li ġejjin jistgħu jgħinu l - proċess ta’ identifikazzjoni: - a. motivaturi tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji;
- b. riskji identifikati fl -ICAR AP jew fit - testijiet tal - istress tad - ditta tal - investiment jekk disponibbli;
- c. riskji li jirriżultaw mill - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment (inklużi dawk identifikati minn ditti ta’ investiment oħrajn li joperaw mudell tan - negozju simili);
- d. informazzjoni li toħroġ mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin;
- e. sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti ta’ awditjar intern jew estern;
- f. rakkomandazzjonijiet u linji gwida maħruġa mill - EBA, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill - awtoritajiet makroprudenzjali jew il -BERS li huma rilevanti għad - ditta; u
- g. rapporti ta’ ksur u inċidenti lill - awtoritajiet kompetenti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|