+6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+145. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji għall - kapital …
---+146. L- għan ta’ dan it - titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni biex jiġu kkunsidrati għal …
---+147. Dan it - titolu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti bi gwida għall - valutazzjoni tar - …
---+148. Il- paragrafu 147, il- punti (a) sa (c) huma applikabbli għall - valutazzjoni tad - ditti tal …
---+149. It - titolu jidentifika wkoll sett ta’ subkategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ …
---+150. Id- deċiżjoni dwar il - materjalità hija bbażata fuq id - data disponibbli l - aktar reċenti u …
---+151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …
---+152. L- elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill - awtoritajiet kompetenti meta jkunu …
---+153. Għar - Riskju għall - Klijent, għar - Riskju għas - Suq, għar - Riskju għad - Ditta, kif ukoll …
---+154. Fl- implimentazzjoni tagħhom tal - metodoloġiji speċifikati f’dan it - titolu, l - …
---+155. Meta jwettqu l - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is - …
---+156. Għal kull kategorija ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu …
---+157. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni ta’ kull …
|
6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
6.1 Kunsiderazzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
145. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji għall - kapital …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jagħtu punteġġ lir - riskji għall - kapital li ġew identifikati bħala materjali għad - ditta tal - investiment. Biex jiddeterminaw il - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni, l - awtoritajiet kompetenti għandhom l - ewwel jidentifikaw is - sorsi tar - riskji għall - kapital li d - ditta tal - investiment hija jew tista’ tkun esposta għalihom. Biex jagħmlu dan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jingranaw l - għarfien miksub m ill-valutazzjoni ta’ elementi oħrajn tal -SREP, mill- paragun tal - pożizzjoni tad - ditta tal - investiment mal - pari u minn kwalunkwe attività superviżorja oħra. Il - valutazzjoni tar - riskji għall - kapital għandha titwettaq b’mod proporzjonat, jiġifieri billi jiġi aġġustat il - livell ta’ dettall tal - analiżi filwaqt li jitqiesu n - natura, id - daqs u l - kumplessità tad - ditta tal - investiment.
|
|
146. L- għan ta’ dan it - titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni biex jiġu kkunsidrati għal …
|
L- għan ta’ dan it - titolu huwa li jipprovdi metodoloġiji komuni biex jiġu kkunsidrati għal valutazzjoni tar - riskji individwali u l - ġestjoni tar - riskju u l - kontrolli. Mhuwiex maħsub biex ikun eżawrjenti u jagħti lok lill - awtoritajiet kompetenti biex jikkunsidraw kriterji addizzjonali oħrajn li jistgħu jitqiesu rilevanti abbażi tal - esperjenza tagħhom u l - karatteristiċi speċifiċi tad - ditta tal - investiment.
|
|
147. Dan it - titolu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti bi gwida għall - valutazzjoni tar - …
|
Dan it - titolu jipprovdi lill - awtoritajiet kompetenti bi gwida għall - valutazzjoni tar - riskju u l - kostijiet relatati mal - istralċ ordnat potenzjali tad - ditta tal - investiment kif ukoll linji gwida għall - valutazzjoni u l - punteġġ tal - kategoriji tar - riskji li ġejjin għall - kapital fl - attivitajiet kontinwi tad - ditti tal - investiment: - a. Riskju għall - Klijent;
- b. Riskju għas - Suq;
48 - c. Riskju għad - Ditta;
- d. riskji oħrajn.
|
|
148. Il- paragrafu 147, il- punti (a) sa (c) huma applikabbli għall - valutazzjoni tad - ditti tal …
|
Il- paragrafu 147, il- punti (a) sa (c) huma applikabbli għall - valutazzjoni tad - ditti tal - investiment ikklassifikati fil - kategoriji 1, 2 jew 3, b’kunsiderazzjoni tal - kamp ta’ applikazzjoni tal - attivitajiet awtorizzati ta’ dawn id - ditti tal - investiment. Meta rilevanti, l - awtoritajiet kompetenti jistgħu jqisu l - paragrafu 147, il- punti (a) u (c) għall - valutazzjoni ta’ ditti tal - investiment żgħar u mhux kumplessi li jissodisfaw i l- kriterji tal - Artikolu 12 tar - Regolament (UE) 2019/2033, filwaqt li titqies ir - rilevanza ta’ ċertu subkategoriji elenkati taħt ir - riskji għall - kapital imsemmija hawn fuq għal dawn id - ditti tal - investiment. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw l -i stralċ ordnat ta’ ditta tal - investiment kif ukoll riskji oħrajn, kemm fil - każ tad - ditti tal - investiment kollha soġġetti għall -SREP.
|
|
149. It - titolu jidentifika wkoll sett ta’ subkategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ …
|
It - titolu jidentifika wkoll sett ta’ subkategoriji fi ħdan kull kategorija ta’ riskju ta’ hawn fuq, li għandhom jitqiesu meta jiġu vvalutati r - riskji għall - kapital. Skont il - materjalità ta’ kwalunkwe waħda minn dawn is - subkategoriji għal ditta tal - investiment partikolari, dawn jistgħu jiġu vvalutati u mogħtija punteġġ b’mod individwali.
|
|
150. Id- deċiżjoni dwar il - materjalità hija bbażata fuq id - data disponibbli l - aktar reċenti u …
|
Id- deċiżjoni dwar il - materjalità hija bbażata fuq id - data disponibbli l - aktar reċenti u tista’ tiġi kkomplementata minn ġudizzju superviżorju.
|
|
151. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ukoll riskji oħrajn li huma identifikati bħala materjali għal ditta tal - investiment speċifika iżda li mhumiex elenkati hawn fuq. Dawk ir- riskji l - oħrajn, li ma jistgħux jiġu attribwiti b’mod raġonevoli għal waħda mit - tliet kategoriji elenkati fil - paragrafu 147, il- punti (a) sa (c), huma kategorija separata ta’ riskji. Dawn li ġejjin jistgħu jgħinu l - proċess ta’ identifikazzjoni: - a. motivaturi tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji;
- b. riskji identifikati fl -ICAR AP jew fit - testijiet tal - istress tad - ditta tal - investiment jekk disponibbli;
- c. riskji li jirriżultaw mill - mudell tan - negozju tad - ditta tal - investiment (inklużi dawk identifikati minn ditti ta’ investiment oħrajn li joperaw mudell tan - negozju simili);
- d. informazzjoni li toħroġ mill - monitoraġġ tal - indikaturi ewlenin;
- e. sejbiet u osservazzjonijiet minn rapporti ta’ awditjar intern jew estern;
- f. rakkomandazzjonijiet u linji gwida maħruġa mill - EBA, kif ukoll twissijiet u rakkomandazzjonijiet maħruġa mill - awtoritajiet makroprudenzjali jew il -BERS li huma rilevanti għad - ditta; u
- g. rapporti ta’ ksur u inċidenti lill - awtoritajiet kompetenti.
|
|
152. L- elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill - awtoritajiet kompetenti meta jkunu …
|
L- elementi ta’ hawn fuq għandhom jitqiesu wkoll mill - awtoritajiet kompetenti meta jkunu qegħdin jippjanaw l - intensità tal - attività superviżorja tagħhom fir - rigward tal - valutazzjoni ta’ riskju speċifiku. 49
|
|
153. Għar - Riskju għall - Klijent, għar - Riskju għas - Suq, għar - Riskju għad - Ditta, kif ukoll …
|
Għar - Riskju għall - Klijent, għar - Riskju għas - Suq, għar - Riskju għad - Ditta, kif ukoll għar - rekwiżit tal - ispejjeż ġenerali fissi, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il - konformità ta d- ditta tal - investiment mar - rekwiżiti minimi speċifikati fir - Regolament (UE) 2019/2033. Madankollu, dawn il - linji gwida jippermettu lill - awtoritajiet kompetenti jestendu l - kamp ta’ applikazzjoni tal - valutazzjoni lil hinn minn dawk ir - rekwiżiti biex jiffurmaw opinjoni komprensiva dwar ir - riskji għall - kapital. B’mod partikolari, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw sitwazzjonijiet meta ċerti riskji jew elementi ta’ riskju ma jkunux koperti biżżejjed mir - rekwiżiti minimi tal - fondi proprji, minkejja l- konformità mar- rekwiżiti tar - Regolament (UE) 2019/2033. Pereżempju, id - dewmien minħabba l - użu tal - medja mobbli għal xi Fatturi - K jista’ jnaqqas l - ogħla livelli ta’ attività u l - użu ta’ aġenti marbuta minflok persunal intern jirriżulta f’sottostima tal - ispejjeż. Din il - valutazzjoni għandha tinforma d - determinazzjoni tar - rekwiżiti addizzjonali tal - fondi proprji f’konformità mat - taqsima 7.2.1.
|
|
154. Fl- implimentazzjoni tagħhom tal - metodoloġiji speċifikati f’dan it - titolu, l - …
|
Fl- implimentazzjoni tagħhom tal - metodoloġiji speċifikati f’dan it - titolu, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l - informazzjoni li ġejja mill - monitoraġġ ta’ indikaturi ewlenin, kif speċifikat fit - Titolu 3. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi oħrajn meta rilevanti għall - finijiet ta’ din il - valutazzjoni.
|
|
155. Meta jwettqu l - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is - …
|
Meta jwettqu l - valutazzjonijiet tagħhom, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is - sorsi ta’ informazzjoni disponibbli kollha, inkluż rapportar regolatorju, rapportar ad hoc, il - metrika u r - rapporti interni tad - ditta tal - investiment (inklużi rapport tal - awditu intern, rappo rti ta’ ġestjoni tar - riskju, informazzjoni mill - ICARAP), rapporti ta’ spezzjoni fuq il - post u rapporti esterni (inklużi l - komunikazzjonijiet tad - ditta tal - investiment lill - investituri, l - aġenziji ta’ klassifikazzjoni). Filwaqt li l - valutazzjoni hija maħsuba li tkun speċifika għal ditta, il- paragun imqabbel mal - pari għandu jiġi kkunsidrat biex tiġi identifikata skopertura potenzjali għar - riskji għall - kapital. Għal tali finijiet, il - pari għandhom jiġu ddefiniti fuq bażi ta’ riskju separat u jistgħu jvarjaw minn dawk identifikati għall - BMA jew analiżijiet oħrajn.
|
|
156. Għal kull kategorija ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu …
|
Għal kull kategorija ta’ riskju, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jirriflettu fil - punteġġ tar - riskju: - a. riskju inerenti (skoperturi għar - riskju); u
- b. il- kwalità u l - effettività tal - ġestjoni u l - kontrolli tar - riskju.
|
|
157. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni ta’ kull …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jirriflettu l - eżitu tal - valutazzjoni ta’ kull kategorija ta’ riskju f’sommarju tas - sejbiet li jipprovdi spjegazzjoni tal - motivaturi ewlenin tar - riskju, u punteġġ tar - riskju, kif speċifikat fit - taqsimiet li ġejjin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|