+41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
|
41. B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: (a) Fehim …
B’mod partikolari, il - korp maniġerjali għandu jkun responsabbli minn dan li ġej: - (a) Fehim tan - natura u l - livell tal - iskopertura għall - IRRBB. Il - korp maniġerjali għandu jiżgura li jkun hemm gwida ċara rigward il - predispożizzjoni għar - riskju għall - IRRBB fir - rigward tal - istrateġiji ta’ negozju tal - istituzzjoni.
- (b) Għandu jistabbilixxi li jittieħdu l - azzjonijiet xierqa sabiex jiġi identifikat, imkejjel, immonitorjat u kkontrollat l - IRRBB, b’konsistenza mal - istrateġiji u l - politiki approvati. F’dan ir - rigward, il - korp maniġerjali jew id - delegati tiegħu huma responsabbli mill - issettjar:
- i. ta’ limiti xierqa fuq l - IRRBB, inkluża d - definizzjoni ta’ proċeduri u approvazzjonijiet speċifiċi meħtieġa għall - eċċezzjonijiet, u għall - iżgurar tal - konformità ma’ dawk il - limiti;
- ii. ta’ sistemi u standards għall - kejl tal - IRRBB, għall - valwazzjoni tal - pożizzjonijiet u l - valutazzjoni tal - prestazzjoni, inklużi proċeduri għall - aġġornament tax - xenarji ta’ xokk u ta’ stress fuq ir - rati tal - imgħax u suppożizzjonijiet ta’ bażi ewlenin li jixprunaw l - analiżi tal - IRRBB tal - istituzzjoni;
- iii. ta’ proċess komprensiv ta’ rapportar u rieżami tal - IRRBB; u
- iv. kontrolli interni u sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali (MISs) effettivi.
- (c) Approvazzjoni ta’ inizjattivi kbar ta’ ħħeġġjar jew ta’ teħid ta’ riskju qabel l - implimentazzjoni. Pożizzjonijiet relatati mat - trasferimenti ta’ riskju intern bejn il - portafoll mhux tan - negozjar u l - portafoll tan - negozjar għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.
- (d) Twettiq tas - sorveljanza tal - approvazzjoni, l - implimentazzjoni u r - rieżami tal - politiki, il - proċeduri u l - limiti relatati mal - ġestjoni tal - IRRBB. Il - livell ta’ skopertura għall - IRRBB ta’ istituzzjoni, kif ukoll il - bidliet fih, għandhom jingħataw regolarment lill - korp maniġerjali (mill - anqas darba kull 3 xhur).
- (e) Żgurar li l - validazzjoni tal - metodi ta’ kejl tal - IRRBB u l - valutazzjoni tal - mudell tar - riskju korrispondenti jiġu inklużi fi proċess formali ta’ politika li għandu jiġu rieżaminat u approvat mill - korp maniġerjali jew mid - delegati tiegħu.
- (f) Fehim u valutazzjoni tal - funzjonament tad - delegati tiegħu fil - monitoraġġ u l - kontroll tal - IRRBB, b’mod konsistenti mal - politiki approvati mill - korp maniġerjali, abbażi ta’ rieżamijiet regolari ta’ informazzjoni dettaljata f’waqtha u suffiċjenti.
- (g) Fehim tal - implikazzjonijiet tal - istrateġiji tal - istituzzjoni rigward l - IRRBB u l - irbit potenzjali tagħhom mar - riskju tas - suq, tal - likwidità, tal - kreditu u operazzjonali, iżda mingħajr ma jkun meħtieġ li l - membri kollha tal - korp maniġerjali jkunu esperti fil - qasam. Xi wħud mill - membri għandu jkollhom biżżejjed għarfien tekniku sabiex iqajmu dubji u jisfidaw ir - rapporti li jsiru lill - korp maniġerjali. L - istituzzjoni għandha tistabbilixxi li l - membri tal - korp maniġerjali huma responsabbli sabiex jiżguraw li l - maniġment superjuri jkollu l - kompetenza li jifhem l - IRRBB u li l - ġestjoni tal - IRRBB jingħata riżorsi adegwati.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|