| Direttur Eżekuttiv | tfisser membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu u tinkludi l - persuni li effettivament imexxu n - negozju tal - istituzzjoni jew tad - ditta ta’ investiment. |
| Direttur mhux eżekuttiv | tfisser pożizzjoni bħala membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja li fiha persuna tkun responsabbli mis - sorveljanza u l - monitoraġġ tat - teħid ta’ deċiżjonijiet mill - maniġment mingħajr ma jkollha dmirijiet eżekuttivi fi ħdan il - korp ta’ ġestjon i. |
| Istituzzjoni sinifikanti | tfisser istituzzjonijiet imsemmija fl - Artikolu 131 tad-Direttiva 2013/36/UE (istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G - SIIs), u istituzzjonijiet sistemikament importanti oħra (O - SIIs)), u, kif xieraq, istituzzjonijiet oħra ddeterminati mill - awtorità kompetenti jew mil - liġi nazzjonali, abbażi ta’ valutazzjoni tad- daqs u l - organizzazzjoni interna tal - istituzzjonijiet, u n - natura, il - kamp ta’ applikazzjoni u l - kumplessità tal - attivitajiet tagħhom li jridu jimplimentaw kumitat ta’ nominazzjoni skont l - Artikolu 88(2) jew kumitat għar - remunerazzjoni skont l - Artikolu 95 ta’ din id- Direttiva kif implimentat mil - liġi nazzjonali. |
| Mhux binarju | tfisser, għall - ġeneru ta’ persuna, kwalunkwe identità tal - ġeneru li ma tkunx raġel jew mara. tfisser il - president tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu ta’ istituzzjoni skont l - Artikolu 88 tad- |
| President | Direttiva 2013/36/UE, li ma jwettaq l - ebda funzjoni eżekuttiva fl - istituzzjoni jew fid - ditta ta’ investiment ikkonċernata. |
| Provenjenza ġeografika | tfisser, għal dan l - eżerċizzju, reġjuni fejn persuna tkun għexet jew kisbet sfond edukattiv jew professjonali li b’kollox ikopri perjodu ta’ żmien ta’ mill - inqas tliet snin. |
| Rappreżentant tal - impjegati | tfisser membru tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni superviżorja tiegħu li huwa elett mill - persunal tal - istituzzjoni jew tad -ditta ta’ investiment skont il - liġi nazzjonali applikabbli. |
| Sfond professjonali | tfisser esperjenza miġbura minn membru tal - korp ta’ ġestjoni billi jwettaq attivitajiet okkupazzjonali, kemm jekk huma bi ħlas kif ukoll jekk le, li jkopru perjodu ta’ żmien ta’ mill - inqas tliet snin qabel ma jkun ħa l - pożizzjoni attwali. tfisser il - persuna li hija responsabbli mill - ġestjoni u mit - tmexxija |
| Uffiċjal kap eżekuttiv (CEO). | tal - attivitajiet kummerċjali ġenerali ta’ istituzzjoni jew ta’ ditta ta’ investiment u għandha tinkludi, għal dan l - eżerċizzju, il - president tal - korp ta’ ġestjoni fil - funzjoni maniġerjali tiegħu. |