+53. Għall - valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - membri, l - awtorità kompetenti għandha …

53. Għall - valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - membri, l - awtorità kompetenti għandha …

Għall - valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - membri, l - awtorità kompetenti għandha teħtieġ informazzjoni dwar dan li ġej:

  • a. ir - rekords tal - pulizija jew ekwivalenti nazzjonali ieħor fir - rigward ta’ reati kriminali rilevanti f’konformità mal - Artikolu 5(b)(i) tad - Direttiva (UE) 2021/2167;
  • b. investigazzjonijiet, proċedimenti ta’ infurzar, jew sanzjonijiet minn awtorità superviżorja li l - individwu kien direttament jew indirettament involut fihom;
  • c. rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l - irtirar, ir - revoka jew it - terminazzjoni ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju je w governattiv jew minn korp jew assoċjazzjoni professjonali;
  • d. tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta’ fiduċja, relazzjoni fiduċjarja, jew sitwazzjoni simili, jew jekk il - persuna ntalbet tirriżenja minn impjieg f’pożizzjoni bħal din (bl - esklużjoni ta’ sensji); u
  • e. jekk valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - individwu tkunx diġà twettqet jew le minn awtorità kompetenti oħra (inkluża l - identità ta’ dik l - awtorità, id - data tal - valutazzjoni u l - evidenza tal - eżitu ta’ din il - valutazzjoni).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/