+8 Valutazzjoni mill - awtoritajiet kompetenti
---+49. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji applikabbli …
---+50. Il - proċeduri superviżorji jenħtieġ li jiżguraw li l - informazzjoni magħmula disponibbli …
---+51. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrikjedu mis - servizzjant tal - kreditu lista tal - …
---+52. Għall - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza, l - awtorità kompetenti għandha mill - …
---+53. Għall - valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - membri, l - awtorità kompetenti għandha …
---+54. Mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 5(1)(c) tad- Direttiva (UE) 2021/2167 li jispeċifika l - …
---+55. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lis - servizzjanti tal - kreditu b’mill - inqas …
---+56. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - proċeduri superviżorji tagħhom …

8 Valutazzjoni mill - awtoritajiet kompetenti

8 Valutazzjoni mill - awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
49. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji applikabbli …

L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jispeċifikaw il - proċeduri superviżorji applikabbli għall - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, tas - servizzjanti tal - kreditu u r - reputazzjoni tajba tal - membri tiegħu. L - awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li deskrizzjoni tal - proċeduri superviżorji tkun disponibbli pubblikament.

50. Il - proċeduri superviżorji jenħtieġ li jiżguraw li l - informazzjoni magħmula disponibbli …

Il - proċeduri superviżorji jenħtieġ li jiżguraw li l - informazzjoni magħmula disponibbli għall - awtoritajiet kompetenti mis - servizzjant tal - kreditu matul il - proċess ta’ awtorizzazzjoni tintuża kif xieraq, fejn possibbli, għall - fini tal - valutazzjoni ta’ għarfien u esperjenza adegwati. B’mod partikolari, il - proċeduri superviżorji għandhom iqisu sitwazzjonijiet fejn is - servizzjanti tal - kreditu jkunu wkoll awtorizzati jew sorveljati minn awtoritajiet mhux finanzjarji sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effiċjenti.

51. L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrikjedu mis - servizzjant tal - kreditu lista tal - …

L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jirrikjedu mis - servizzjant tal - kreditu lista tal - ismijiet tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv u r - rwoli u l - funzjonijiet rispettivi tagħhom fil - qosor, u dikjarazzjoni tas - servizzjant tal - kreditu rigward ir - riżultat tal - valutazzjoni ġenerali tiegħu tal - idoneità kollettiva tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv. Dan għandu jinkludi deskrizzjoni ta’ kif il - kompożizzjoni ġenerali tal - korp maniġerjali tirrifletti firxa wiesgħa adegwata ta’ għarfien u esperjenza u l - identifikazzjoni ta’ kwalunkwe lakuna jew dgħufija u l - miżuri imposti biex dawn jiġu indirizzati.

52. Għall - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza, l - awtorità kompetenti għandha mill - …

Għall - valutazzjoni tal - għarfien u l - esperjenza, l - awtorità kompetenti għandha mill - inqas teħtieġ għall - membri kollha tal - organu maniġerjali jew amministrattiv curriculum vitae li jkun fih dettalji tal - edukazzjoni u l - esperjenza professjonali inklużi kwalifiki akkademiċi u taħriġ rilevanti ieħor, l - isem u n - natura tal - organizzazzjonijiet kollha li ħadem għalihom l - individwu u n - natura u d - durata tal - funzjonijiet imwettqa, filwaqt li tiġi enfasizzata b’mod partikolari kwalunkwe attività fil - kamp ta’ applikazzjoni tal - pożizzjoni mfittxija, inkluża iżda mhux limitata għall - esperjenza bankarja u maniġerjali.

53. Għall - valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - membri, l - awtorità kompetenti għandha …

Għall - valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - membri, l - awtorità kompetenti għandha teħtieġ informazzjoni dwar dan li ġej:

  • a. ir - rekords tal - pulizija jew ekwivalenti nazzjonali ieħor fir - rigward ta’ reati kriminali rilevanti f’konformità mal - Artikolu 5(b)(i) tad - Direttiva (UE) 2021/2167;
  • b. investigazzjonijiet, proċedimenti ta’ infurzar, jew sanzjonijiet minn awtorità superviżorja li l - individwu kien direttament jew indirettament involut fihom;
  • c. rifjut ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja biex jitwettaq kummerċ, negozju jew professjoni; jew l - irtirar, ir - revoka jew it - terminazzjoni ta’ reġistrazzjoni, awtorizzazzjoni, sħubija jew liċenzja; jew tkeċċija minn korp regolatorju je w governattiv jew minn korp jew assoċjazzjoni professjonali;
  • d. tkeċċija minn impjieg jew pożizzjoni ta’ fiduċja, relazzjoni fiduċjarja, jew sitwazzjoni simili, jew jekk il - persuna ntalbet tirriżenja minn impjieg f’pożizzjoni bħal din (bl - esklużjoni ta’ sensji); u
  • e. jekk valutazzjoni tar - reputazzjoni tajba tal - individwu tkunx diġà twettqet jew le minn awtorità kompetenti oħra (inkluża l - identità ta’ dik l - awtorità, id - data tal - valutazzjoni u l - evidenza tal - eżitu ta’ din il - valutazzjoni).
54. Mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 5(1)(c) tad- Direttiva (UE) 2021/2167 li jispeċifika l - …

Mingħajr preġudizzju għall - Artikolu 5(1)(c) tad- Direttiva (UE) 2021/2167 li jispeċifika l - valutazzjoni tal - idoneità tal - membri tal - organu maniġerjali jew amministrattiv fil - kuntest tal - awtorizzazzjoni ta’ servizzjant tal - kreditu, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu perjodu massimu għall - valutazzjoni tagħhom tal - għarfien u l - esperjenza adegwati tal - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, tas - servizzjanti tal - kreditu u r - reputazzjoni tajba tal - membri tiegħu fejn tali valutazzjonijiet iseħħu wara l - awtorizzazzjoni tas - servizzjant tal - kreditu. Fejn awtorità kompetenti tistabbilixxi li huma meħtieġa dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali sabiex tlesti l - valutazzjoni, dak il - perjodu jista’ jiġi sospiż miż - żmien meta l - awtorità kompetenti titlob dokumentazzjoni u informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tlesti l - valutazzjoni, sakemm ma jaslu d - dokumentazzjoni u l - informazzjoni.

55. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lis - servizzjanti tal - kreditu b’mill - inqas …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lis - servizzjanti tal - kreditu b’mill - inqas deċiżjoni negattiva dwar il - valutazzjoni tal - idoneità mill - aktar fis possibbli. Fejn prevista mil - liġi nazzjonali jew definita mill - awtorità kompetenti bħala parti mill - proċessi superviżorji tagħha, deċiżjoni pożittiva tista’ titqies li tittieħed b’silenzju, meta l - perjodu massimu għal dik il - valutazzjoni, kif imsemmi fil - paragrafu 54, ikun għadda u l - awtorità kompetenti ma tkunx ħadet deċiżjoni negattiva.

56. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - proċeduri superviżorji tagħhom …

L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - proċeduri superviżorji tagħhom jippermettulhom jindirizzaw każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar - rekwiżit li l - organu maniġerjali jew amministrattiv, b’mod kumplessiv, ikollu għarfien u esperjenza adegwati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/