+12. Awtorità kompetenti ma għandhiex titwaqqaf milli tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment ikun …
|
12. Awtorità kompetenti ma għandhiex titwaqqaf milli tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment ikun …
Awtorità kompetenti ma għandhiex titwaqqaf milli tqis li grupp ta’ ditti ta’ investiment ikun sempliċi biżżejjed u li ma joħloqx riskji sinifikanti għall - klijenti u għas - suq, fejn jiġu ssodisfati l - kundizzjonijiet kollha li ġejjin: - (a) jikkonsisti biss minn kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal -Unjoni jew ditta ta’ investiment prinċipali tal - Unjoni li hija żgħira u mhux interkonnessa skont l -Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, ta’ ditti ta’ investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl -Artikolu 12(1) ta’ dak ir-regolament u ta’ impriżi ta’ servizzi anċillari;
- (b) ikun stabbilixxa arranġamenti organizzazzjonali sodisfaċenti u funzjonijiet suffiċjenti ta’ kontroll tar- riskju li jkunu proporzjonati għad - daqs u l -mudell tan-negozju tal-grupp ta’ ditti ta’ investiment;
- (c) il- maġġoranza tad -drittijiet tal- vot ta’ kull impriża tal -grupp tkun il- proprjetà ta’ impriżi oħra tal- grupp;
- (d) ir- rabtiet kapitali tiegħu, l -istruttura tas- sjieda tiegħu u l - ftehimiet kuntrattwali bejn id -ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, il- kumpanija azzjonarja ta’ investiment prinċipali tal - Unjoni jew il- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċip ali tal-Unjoni, u l- impriżi tal - grupp, kif ukoll dawk fost l- impriżi tal - grupp, ikunu disponibbli għall -awtorità kompetenti fuq talba;
- (e) ir- rabtiet kapitali tiegħu, l -istruttura tas- sjieda tiegħu u l - ftehimiet kuntrattwali msemmija fil- punt (d) ma jirrappreżentawx impediment għall - eżerċizzju tal -kontroll mid-ditta ta’ investiment prinċipali tal -Unjoni, mill-kumpanija azzjonarja ta’ investim ent prinċipali tal - Unjoni jew mill- kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal - Unjoni fuq l - impriżi tal- grupp;
- (f) l- implikazzjonijiet għall -governanza tal- grupp kollu kemm hu tar -rabtiet kapitali, tal-istruttura tas-sjieda u tal- ftehimiet kuntrattwali msemmija fil -punt (d) ma jeħtiġux superviżjoni fuq bażi konsolidata;
- (g) ir- rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal -Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jibqgħu qrib biżżejjed tar - rekwiżiti ta’ fondi proprji kkalkulati f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir- regolament, f’perċentwal indikattiv akbar minn 85 % ta’ dan tal-aħħar.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|