+61. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …

61. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …

Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom:

  • a. ifakkru lill- persunal li l - attivitajiet kollha tal - emittent għandhom isiru skont il - liġi applikabbli u skont il - valuri korporattivi tal -emittent;
  • b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir - riskji permezz ta’ kultura tar - riskju b’saħħitha f’konformità mat - Titolu IV, it - Taqsima 7 , li jwasslu l - aspettattiva tal - korp maniġerjali li l- attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill - predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mill-emittent tal-ARTs u r- responsabbiltajiet rispettivi tal - persunal;
  • c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall - frodi, il- ħasil tal -flus u l- finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il - protezzjoni tal - konsumatur, reati tat - taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament;
  • d. jiċċaraw li minbarra l - konformità mar - rekwiżiti legali u regolatorji u mal - politiki interni, il- persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħu bil- ħila, bl - attenzjoni u bid - diliġenza dovuta; u
  • e. jiżguraw li l - persunal ikun konxju mill - azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/