+8. Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta
---+57. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …
---+58. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni tal - …
---+59. Il- politiki tal - emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru . Dan …
---+60. L- istandards implimentati għandu jkollhom l - għan li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …
---+61. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …
---+62. L-emittenti tal- ARTs għandhom jimmonitorjaw il - konformità ma’ dawn l - istandards u jiżguraw …

8. Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta

8. Valuri korporattivi u kodiċi ta’ kondotta

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
57. Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u …

Il- korp maniġerjali għandu jiżviluppa, jadotta, jaderixxi ma’ u jippromwovi standards etiċi u professjonali għoljin, filwaqt li jitqiesu l - ħtiġijiet u l - karatteristiċi speċifiċi tal -emittent tal- ARTs, u għandu jiżgura l - implimentazzjoni ta’ dawn l -istandar ds (permezz ta’ kodiċi ta’ kondotta jew ta’ strument simili). Għandu jissorvelja wkoll l - aderenza ma’ dawn l -istandards mill- persunal. Fejn applikabbli, il - korp maniġerjali jista’ jadotta u jimplimenta standards għall - grupp kollu tal - emittent tal-ARTs jew standards komuni ddikjarati mill- assoċjazzjonijiet jew minn organizzazzjonijiet oħra rilevanti.

58. L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni tal - …

L-emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l - ebda diskriminazzjoni tal - persunal fuq bażi ta’ ġeneru, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fatturi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kull opinjoni oħra, l - appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

59. Il- politiki tal - emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru . Dan …

Il- politiki tal - emittenti ta’ ARTs sinifikanti għandhom ikunu newtrali għall - ġeneru10 . Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għar - remunerazzjoni, il - politiki ta’ reklutaġġ, l- iżvilupp tal -karriera u l-pjanijiet ta’ suċċessjoni, l - aċċess għat - taħriġ u l - kapaċità li wieħed japplika għal pożizzjonijiet vakanti interni. L -emittenti tal- ARTs għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs11 għall - persunal kollu irrispettivament mill - ġeneru tagħhom, inkluż fir - rigward tal - perspettivi tal - karriera, u jimmiraw li jtejbu r - rappreżentanza tal - ġeneru sottorappreżentat f’pożizzjonijiet fi ħdan il - korp maniġerjali. L -emittent tal- ARTs sinifikanti għandhom jimmonitorjaw ix - xejra fid - differenza bejn il - ġeneri fil - pagi.


10 Ara l-RTS dwar il-kontenut minimu tal- arranġamenti ta’ governanza dwar il - politika ta’ remunerazzjoni għall -emittenti ta’ ARTs sinifikanti skont l - Artikolu 45(7)(a) tar - Regolament (UE) 2023/1114;

11 Ara wkoll id- Direttiva 2006/54/KE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 5 ta’ Lulju 2006 dwar l- implimentazzjoni tal - prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal - irġiel u n - nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol

60. L- istandards implimentati għandu jkollhom l - għan li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ …

L- istandards implimentati għandu jkollhom l - għan li jtejbu l - arranġamenti robusti ta’ governanza tal -emittent tal- ARTs u li jnaqqsu r - riskju li għalih hija esposta d - ditta, b’mod partikolari r - riskji operazzjonali u ta’ reputazzjoni, li jista’ jkollhom impatt negattiv konsiderevoli fuq il - profittabbiltà u s - sostenibbiltà tal -emittent tal- ARTs permezz ta’ multi, spejjeż ta’ litigazzjoni, restrizzjonijiet imposti minn awtoritajiet kompetenti, penali finanzjarji u kriminali oħrajn, kif ukoll it -telf tal- valur tal-marka u tal- fiduċja tal - investituri.

61. Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn …

Il- korp maniġerjali għandu jkollu politiki ċari u dokumentati dwar kif għandhom jintlaħqu dawn l-istandards. Dawn il- politiki għandhom:

  • a. ifakkru lill- persunal li l - attivitajiet kollha tal - emittent għandhom isiru skont il - liġi applikabbli u skont il - valuri korporattivi tal -emittent;
  • b. jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar ir - riskji permezz ta’ kultura tar - riskju b’saħħitha f’konformità mat - Titolu IV, it - Taqsima 7 , li jwasslu l - aspettattiva tal - korp maniġerjali li l- attivitajiet ma jmorrux lil hinn mill - predispożizzjoni għar -riskju definit u l-limiti definiti mill-emittent tal-ARTs u r- responsabbiltajiet rispettivi tal - persunal;
  • c. jistabbilixxu prinċipji dwar u jipprovdu eżempji ta’ mġiba aċċettabbli u mhux aċċettabbli marbuta b’mod partikolari ma’ rapportar finanzjarju ħażin u ma’ kondotta finanzjarja ħażina, ma’ reati ekonomiċi u finanzjarji inkluż iżda mhux limitat għall - frodi, il- ħasil tal -flus u l- finanzjament tat - terroriżmu (ML/TF), prattiki antitrust, sanzjonijiet finanzjarji, tixħim u korruzzjoni, manipulazzjoni tas - suq, bejgħ ħażin u ksur ieħor tal - liġijiet dwar il - protezzjoni tal - konsumatur, reati tat - taxxa, kemm jekk imwettqa direttament jew indirettament;
  • d. jiċċaraw li minbarra l - konformità mar - rekwiżiti legali u regolatorji u mal - politiki interni, il- persunal huwa mistenni jġib ruħu b’onestà u b’integrità u jwettaq id - dmirijiet tiegħu bil- ħila, bl - attenzjoni u bid - diliġenza dovuta; u
  • e. jiżguraw li l - persunal ikun konxju mill - azzjonijiet dixxiplinarji interni u esterni, azzjonijiet legali u sanzjonijiet potenzjali li jistgħu jsegwu kondotta ħażina u mġiba inaċċettabbli.
62. L-emittenti tal- ARTs għandhom jimmonitorjaw il - konformità ma’ dawn l - istandards u jiżguraw …

L-emittenti tal- ARTs għandhom jimmonitorjaw il - konformità ma’ dawn l - istandards u jiżguraw is- sensibilizzazzjoni tal - persunal, eż. billi jipprovdu taħriġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/