+78. Meta jiġu identifikati nuqqasijiet rigward l - għarfien, il - ħiliet jew l - esperjenza …

78. Meta jiġu identifikati nuqqasijiet rigward l - għarfien, il - ħiliet jew l - esperjenza …

Meta jiġu identifikati nuqqasijiet rigward l - għarfien, il - ħiliet jew l - esperjenza individwali jew kollettiva tal - membri tal - korp maniġerjali, l - awtorità kompetenti, filwaqt li tikkunsidra l - miżuri diġà meħuda mill - emittent tal - ART jew tas - CASP, għandha tieħu l - miżuri xierqa biex tindirizza n- nuqqasijiet identifikati u tistabbilixxi skeda ta’ żmien għall - implimentazzjoni ta’ dawn il - miżuri. Tali miżuri għandhom jinkludu kif xieraq waħda jew aktar mill - miżuri li ġejjin:

  • a. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP jorganizza taħriġ speċifiku għall - membri tal - korp maniġerjali individwalment jew kollettivament;
  • b. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP ibiddel id - diviżjoni tal - kompiti fost il -membri tal - korp maniġerjali;
  • c. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP jirrifjuta l - membru propost jew li ċerti membri jiġu sostitwiti;
  • d. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP jibdel il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali biex tiġi żgurata l - adegwatezza individwali u kollettiva tal - korp maniġerjali;
  • e. it - tneħħija tal - membru mill - korp maniġerjali tal - emittent tal - ART jew tas - CASP;
  • f. fejn xieraq, tiġi imposta penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra (eż. jiġu stabbiliti obbligi, rakkomandazzjonijiet jew kundizzjonijiet speċifiċi), inkluż finalment l - irtirar tal - awtorizzazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/