+C.6. Deċiżjoni tal - awtorità kompetenti
---+75. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni bbażata fuq il - valutazzjoni tal - …
---+76. Meta l - eżitu tal - valutazzjoni tal - adegwatezza mill - awtorità kompetenti jikkonkludi li …
---+77. Meta emittent tal - ART jew tas - CASP jonqos milli jipprovdi informazzjoni suffiċjenti dwar l …
---+78. Meta jiġu identifikati nuqqasijiet rigward l - għarfien, il - ħiliet jew l - esperjenza …
|
C.6. Deċiżjoni tal - awtorità kompetenti
C.6. Deċiżjoni tal - awtorità kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
75. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni bbażata fuq il - valutazzjoni tal - …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni bbażata fuq il - valutazzjoni tal - adegwatezza individwali u kollettiva tal - membri tal - korp maniġerjali fi żmien il - perjodu massimu msemmi fil - paragrafu 67 jew, jekk il - perjodu jkun ġie sospiż kif imsemmi fil - paragrafu 68, fi żmien il - perjodu massimu ta’ sitt xhur.
|
|
76. Meta l - eżitu tal - valutazzjoni tal - adegwatezza mill - awtorità kompetenti jikkonkludi li …
|
Meta l - eżitu tal - valutazzjoni tal - adegwatezza mill - awtorità kompetenti jikkonkludi li mhuwiex ippruvat suffiċjentement li l - persuna vvalutata hija xierqa, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn l - informazzjoni pprovduta ma tkunx suffiċjenti biex tiġi kkompletata l - valutazzjoni, l - awtorità kompetenti għandha toġġezzjona jew ma tapprovax il - ħatra ta’ dik il - persuna, sakemm in - nuqqasijiet identifikati ma jkunux rimedjabbli u jistgħu jingħelbu permezz ta’ miżuri oħra meħuda mill - emittent tal - ART jew tas -CASP.
|
|
77. Meta emittent tal - ART jew tas - CASP jonqos milli jipprovdi informazzjoni suffiċjenti dwar l …
|
Meta emittent tal - ART jew tas - CASP jonqos milli jipprovdi informazzjoni suffiċjenti dwar l - adegwatezza ta’ individwu vvalutat lill - awtorità kompetenti, din tal - aħħar għandha tinforma lid - ditta li l - membru ma jistax ikun membru tal - korp maniġerjali minħabba li ma ġiex ippruvat suffiċjentement li l - persuna hija xierqa jew li ddeċidiet b’mod negattiv.
|
|
78. Meta jiġu identifikati nuqqasijiet rigward l - għarfien, il - ħiliet jew l - esperjenza …
|
Meta jiġu identifikati nuqqasijiet rigward l - għarfien, il - ħiliet jew l - esperjenza individwali jew kollettiva tal - membri tal - korp maniġerjali, l - awtorità kompetenti, filwaqt li tikkunsidra l - miżuri diġà meħuda mill - emittent tal - ART jew tas - CASP, għandha tieħu l - miżuri xierqa biex tindirizza n- nuqqasijiet identifikati u tistabbilixxi skeda ta’ żmien għall - implimentazzjoni ta’ dawn il - miżuri. Tali miżuri għandhom jinkludu kif xieraq waħda jew aktar mill - miżuri li ġejjin: - a. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP jorganizza taħriġ speċifiku għall - membri tal - korp maniġerjali individwalment jew kollettivament;
- b. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP ibiddel id - diviżjoni tal - kompiti fost il -membri tal - korp maniġerjali;
- c. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP jirrifjuta l - membru propost jew li ċerti membri jiġu sostitwiti;
- d. il - ħtieġa li l - emittent tal - ART jew tas - CASP jibdel il - kompożizzjoni tal - korp maniġerjali biex tiġi żgurata l - adegwatezza individwali u kollettiva tal - korp maniġerjali;
- e. it - tneħħija tal - membru mill - korp maniġerjali tal - emittent tal - ART jew tas - CASP;
- f. fejn xieraq, tiġi imposta penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra (eż. jiġu stabbiliti obbligi, rakkomandazzjonijiet jew kundizzjonijiet speċifiċi), inkluż finalment l - irtirar tal - awtorizzazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|