+28. Għal kontropartijiet korporattivi kbar kif definiti mill - Artikolu 3(4) tad - Direttiva …
|
28. Għal kontropartijiet korporattivi kbar kif definiti mill - Artikolu 3(4) tad - Direttiva …
Għal kontropartijiet korporattivi kbar kif definiti mill - Artikolu 3(4) tad - Direttiva 2013/34/UE, l- istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jiġbru jew jiksbu l - punti ta’ data li ġejjin, fejn applikabbli: - a. Għar - riskji ambjentali:
- i. il- pożizzjoni ġeografika tal - assi ewlenin (eż. siti tal - produzzjoni) u l - esponiment għall - perikli ambjentali (eż. perikli relatati mat - temperatura, mar - riħ, mal - ilma u mal - massa solida) fil - livell ta’ granularità meħtieġ għal analiżi tar - riskju fiżiku xierqa, u d - disponibbiltà tal - assigurazzjoni;
- ii. l- emissjonijiet attwali u, jekk disponibbli, l - ambiti 1, 2 u 3 immirati tal - emissjonijiet tal - gassijiet serra (GHG) f’valur assolut u, fejn rilevanti, f’valur ta’ intensità;
- iii. id- dipendenza fuq il - fjuwils fossili, jew f’termini ta’ kontributi ta’ fatturi ekonomiċi jew bażi ta’ dħul;
- iv. id- domanda u/jew il - konsum tal - enerġija u tal - ilma, f’termini ta’ kontributi ta’ fatturi ekonomiċi jew bażi ta’ dħul;
- v. il- livell ta’ effiċjenza enerġetika għall - iskoperturi tal - proprjetà immobbli u l - kapaċità tas - servizzi tad - dejn tal - kontroparti;
- vi. l- effetti finanzjarji attwali u antiċipati tar - riskji u l - opportunitajiet ambjentali fuq il - pożizzjoni finanzjarja, il - prestazzjoni finanzjarja u l - flussi tal - flus tal - kontroparti;
- vii. il- pjanijiet strateġiċi relatati mat - tranżizzjoni, inkluż pjan ta’ tranżizzjoni għall - mitigazzjoni tat - tibdil fil - klima divulgat f’konformità mal - Artikolu 19a jew l - Artikolu 29a tad - Direttiva (UE) 2022/2464, meta disponibbli;
- b. Għar - riskji soċjali u ta’ governanza:
- i. l- allinjament mal - Linji Gwida tal - OECD għall - Intrapriżi Multinazzjonali, il - Prinċipji Gwida tan - NU dwar in - Negozju u d - Drittijiet tal - Bniedem u d - Dikjarazzjoni tal - Organizzazzjoni Internazzjonali tax - Xogħol dwar il - Prinċipji u d - Drittijiet Fundamentali fuq il- Post tax - Xogħol;
- ii. l- impatti materjali negattivi fuq il - ħaddiema proprji, il - ħaddiema fil - katina tal - valur, il - komunitajiet affettwati u l - konsumaturi/l - utenti finali inkluża informazzjoni dwar l - isforzi jew il - proċessi ta’ diliġenza dovuta biex jiġu evitati u rimedjati tali impatti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|