+Eligible Instruments
---+11. Sabiex il-fergħat ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali …
---+12. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 11 għandhom ikunu f'wieħed mill-formati li ġejjin: a) …
---+13. Għall-finijiet tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12, punt c), fergħat ta’ pajjiżi terzi …
---+14. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jiġu elenkati fuq skambju rikonoxxut u jkunu …
---+15. M'għandhomx jiġu maħruġa mill-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz, minn kwalunkwe …
---+16. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi …
|
Eligible Instruments
Eligible Instruments
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
11. Sabiex il-fergħat ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali …
|
Sabiex il-fergħat ta' pajjiżi terzi jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali stabbilit fl-Artikolu 48e tad-Direttiva 2013/36/UE, l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 punt (c) ta' dak l-Artikolu għandhom, mill-inqas, jikkonformaw mal-paragrafi 12 sa 16.
|
|
12. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 11 għandhom ikunu f'wieħed mill-formati li ġejjin: a) …
|
L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 11 għandhom ikunu f'wieħed mill-formati li ġejjin: - a) Titoli ta’ dejn garantiti mill-gvernijiet ċentrali tal-Unjoni Ewropea jew mill-banek ċentrali tas-SEBĊ;
- b) Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali tal-Istati Membri sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu ssodisfati;
- c) Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti minn gvernijiet ċentrali, reġjonali jew lokali jew banek ċentrali ta’ pajjiżi terzi li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni Ewropea u li jirċievu piż tar-riskju ta’ 0 % skont l-approċċ standardizzat bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikoli 114(7) u 115(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- d) Titoli ta' dejn maħruġa jew garantiti minn entitajiet tas-settur pubbliku li jirċievu piż ta' riskju ta' 0% taħt l-approċċ standardizzat bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 116(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- e) Titoli ta’ dejn maħruġa jew garantiti mill-banek multilaterali tal-iżvilupp elenkati fl-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
- f) Titoli ta' dejn maħruġa jew garantiti mill-organizzazzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
13. Għall-finijiet tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12, punt c), fergħat ta’ pajjiżi terzi …
|
Għall-finijiet tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12, punt c), fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jikkunsidraw il-munita tal-finanzjament tagħhom stess biex jiddeterminaw jekk l-assi ta’ allokazzjoni kapitali humiex denominati u ffinanzjati fil-munita domestika f’konformità mal-Artikolu 114(7) tas-CRR, l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. RAPPORT FINALI RIGWARD IL-LINJI GWIDA DWAR L-ISTRUMENTI DISPONIBBLI GĦAL FERGĦAT TA’ PAJJIŻI TERZI GĦAL UŻU MHUX RISTRETT U IMMEDJAT BIEX IKOPRU R-RISKJI JEW IT-TELF SKONT L-ARTIKOLU 48E(2)(C) TAD-DIRETTIVA 2013/36/UE
|
|
14. L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jiġu elenkati fuq skambju rikonoxxut u jkunu …
|
L-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 għandhom jiġu elenkati fuq skambju rikonoxxut u jkunu faċilment monetizzati fi kwalunkwe ħin.
|
|
15. M'għandhomx jiġu maħruġa mill-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz, minn kwalunkwe …
|
M'għandhomx jiġu maħruġa mill-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz, minn kwalunkwe sussidjarja tagħha, jew minn entità speċjali ta' titolizzazzjoni li magħha l-intrapriża prinċipali tal-fergħa ta' pajjiż terz għandha rabtiet mill-qrib.
|
|
16. Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi …
|
Għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi fl-Artikolu 48e(1) tad-Direttiva 2013/36/UE huwiex issodisfat, fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jużaw il-valur tas-suq tal-assi ta’ allokazzjoni kapitali. Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu jistgħu jiddeterminaw il-valur tas-suq tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 12 fuq il-bażi ta’ prezzijiet tas-suq mifruxa b’mod wiesa’ u faċilment disponibbli, jew, fin-nuqqas ta’ tali prezzijiet, fuq il-bażi ta’ formula faċli biex tiġi kkalkulata li tuża inputs disponibbli pubblikament u li ma tiddependix b’mod sinifikanti fuq suppożizzjonijiet solidi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|