+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
---+Artikolu 3 (16)
---+Artikolu 3 (17)
---+Artikolu 3 (18)
---+Artikolu 3 (19)
---+Artikolu 3 (20)
---+Artikolu 3 (21)
---+Artikolu 3 (22)
---+Artikolu 3 (23)
---+Artikolu 3 (24)
---+Artikolu 3 (25)
---+Artikolu 3 (26)
---+Artikolu 3 (27)
---+Artikolu 3 (28)
---+Artikolu 3 (29)
---+Artikolu 3 (30)
---+Artikolu 3 (31)
---+Artikolu 3 (32)
---+Artikolu 3 (33)
---+Artikolu 3 (34)
---+Artikolu 3 (35)
---+Artikolu 3 (36)
---+Artikolu 3 (37)
---+Artikolu 3 (38)
---+Artikolu 3 (39)
---+Artikolu 3 (40)
---+Artikolu 3 (41)
---+Artikolu 3 (42)
---+Artikolu 3 (43)
---+Artikolu 3 (44)
---+Artikolu 3 (45)
---+Artikolu 3 (46)
---+Artikolu 3 (47)
---+Artikolu 3 (48)
---+Artikolu 3 (49)
---+Artikolu 3 (50)
---+Artikolu 3 (51)
---+Artikolu 3 (52)
---+Artikolu 3 (53)
---+Artikolu 3 (54)
---+Artikolu 3 (55)
---+Artikolu 3 (56)
---+Artikolu 3 (57)
---+Artikolu 3 (58)
---+Artikolu 3 (59)
---+Artikolu 3 (60)
---+Artikolu 3 (61)
---+Artikolu 3 (62)
---+Artikolu 3 (63)
---+Artikolu 3 (64)
---+Artikolu 3 (65)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (1)

“reżiljenza operazzjonali diġitali” tfisser il-kapaċità ta’ entità finanzjarja li tibni, tiggarantixxi u tirrieżamina l-integrità operazzjonali u l-affidabbiltà tagħha billi tiżgura, direttament jew indirettament permezz tal-użu ta’ servizzi pprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, il-firxa sħiħa ta’ kapaċitajiet relatati mal-ICT meħtieġa biex tiġi indirizzata s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li tuża entità finanzjarja, u li jsostnu l-forniment kontinwu ta’ servizzi finanzjarji u l-kwalità tagħhom, inkluż matul it-tfixkil;

Artikolu 3 (2)

“netwerk u sistema tal-informazzjoni” tfisser netwerk u sistema tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, punt 1, tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

Artikolu 3 (3)

“sistema tal-ICT miruta” tfisser sistema tal-ICT li tkun laħqet tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha (tmiem tal-ħajja), li ma tkunx adattata għal titjib jew tiswija, għal raġunijiet teknoloġiċi jew kummerċjali, jew li ma tkunx għadha appoġġjata mill-fornitur tagħha jew minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, iżda li tkun għadha qed tintuża u tappoġġja l-funzjonijiet tal-entità finanzjarja;

Artikolu 3 (4)

“sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni” tfisser is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni kif definit fl-Artikolu 6, punt 2, tad-Direttiva (UE) 2022/2555;

Artikolu 3 (5)

“riskju tal-ICT” tfisser kwalunkwe ċirkostanza identifikabbli b’mod raġonevoli fir-rigward tal-użu tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni li, jekk isseħħ, tista’ tikkomprometti s-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, ta’ kwalunkwe għodda jew proċess dipendenti mit-teknoloġija, ta’ operazzjonijiet u proċessi, jew tal-forniment ta’ servizzi billi tipproduċi effetti negattivi fl-ambjent diġitali jew fiżiku;

Artikolu 3 (6)

“assi ta’ informazzjoni” tfisser ġabra ta’ informazzjoni, tanġibbli jew intanġibbli, li timmerita protezzjoni;

Artikolu 3 (7)

“assi tal-ICT” tfisser assi ta’ software jew hardware fin-netwerk u fis-sistemi tal-informazzjoni użati mill-entità finanzjarja;

Artikolu 3 (8)

“inċident relatat mal-ICT” tfisser avveniment wieħed jew sensiela ta’ avvenimenti relatati ma’ xulxin mhux ippjanati mill-entità finanzjarja li jikkompromettu s-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, u li jkollhom impatt negattiv fuq id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità tad-data, jew fuq is-servizzi pprovduti mill-entità finanzjarja;

Artikolu 3 (9)

“inċident operazzjonali jew tas-sigurtà relatat ma’ pagamenti” tfisser avveniment wieħed jew sensiela ta’ avvenimenti relatati mhux ippjanati mill-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), kemm jekk relatati mal-ICT kif ukoll jekk le, li jkollhom impatt negattiv fuq id-disponibbiltà, l-awtentiċità, l-integrità jew il-kunfidenzjalità ta’ data relatata ma’ pagamenti, jew fuq is-servizzi pprovduti mill-entità finanzjarja;

Artikolu 3 (10)

“inċident kbir relatat mal-ICT” tfisser inċident relatat mal-ICT li għandu impatt avvers għoli fuq in-netwerk u s-sistemi tal-informazzjoni li jsostnu funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja;

Artikolu 3 (11)

“inċident operazzjonali jew tas-sigurtà kbir relatat ma’ pagamenti” tfisser inċident operazzjonali jew tas-sigurtà relatat mal-ħlas li għandu impatt avvers għoli fuq is-servizzi pprovduti relatati ma’ pagamenti;

Artikolu 3 (12)

“theddida ċibernetika” tfisser “theddida ċibernetika” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2019/881;

Artikolu 3 (13)

“theddida ċibernetika sinifikanti” tfisser theddida ċibernetika li l-karatteristiċi tekniċi tagħha jindikaw li jista’ jkollha l-potenzjal li tirriżulta f’inċident kbir relatat mal-ICT jew inċident operazzjonali jew tas-sigurtà kbir relatat ma’ pagamenti;

Artikolu 3 (14)

“attakk ċibernetiku” tfisser inċident malizzjuż relatat mal-ICT ikkawżat minn tentattiv imwettaq minn kwalunkwe attur ta’ theddid biex jeqred, jesponi, ibiddel, jiddiżattiva, jisraq jew jikseb aċċess mhux awtorizzat għal assi, jew jagħmel użu mhux awtorizzat minnu;

Artikolu 3 (15)

“intelligence dwar it-theddid” tfisser informazzjoni li tkun ġiet aggregata, ittrasformata, analizzata, interpretata jew arrikkita biex tipprovdi l-kuntest meħtieġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet u li tippermetti fehim rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi mitigat l-impatt ta’ inċident relatat mal-ICT jew ta’ theddida ċibernetika, inkluż id-dettalji tekniċi tal-attakk ċibernetiku, dawk responsabbli għall-attakk u l-modus operandi u l-motivazzjonijiet tagħhom;

Artikolu 3 (16)

“vulnerabbiltà” tfisser dgħufija, suxxettibbiltà jew difett ta’ assi, sistema, proċess jew kontroll li jistgħu jiġu sfruttati;

Artikolu 3 (17)

“ittestjar tal-penetrazzjoni bbażat fuq it-theddid (TLPT)” tfisser qafas li jimita t-tattiki, it-tekniki u l-proċeduri ta’ atturi ta’ theddid fil-ħajja reali perċepiti bħala li jippreżentaw theddida ċibernetika ġenwina, u li jwettaq test ikkontrollat, personalizzat u mmexxi mill-intelligence (it-tim l-aħmar) tas-sistemi kritiċi ta’ produzzjoni waqt l-operat tal-entità finanzjarja;

Artikolu 3 (18)

“riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi” tfisser riskju tal-ICT li jista’ jinħoloq għal entità finanzjarja b’rabta mal-użu minnha ta’ servizzi tal-ICT ipprovduti minn fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew minn sottokuntratturi ta’ dawn tal-aħħar, inkluż permezz ta’ arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni;

Artikolu 3 (19)

“fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT” tfisser impriża li tipprovdi servizzi tal-ICT;

Artikolu 3 (20)

“fornitur intragrupp ta’ servizzi tal-ICT” tfisser impriża li tagħmel parti minn grupp finanzjarju u li fil-biċċa l-kbira tipprovdi servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji fl-istess grupp jew lil entitajiet finanzjarji li jagħmlu parti mill-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, inkluż lill-impriżi, lis-sussidjarji u lill-fergħat omm tagħhom jew entitajiet oħra li huma taħt sjieda jew kontroll komuni;

Artikolu 3 (21)

“servizzi tal-ICT” tfisser servizzi diġitali u tad-data pprovduti permezz ta’ sistemi tal-ICT lil utenti interni jew esterni, wieħed jew aktar, fuq bażi kontinwa, inkluż hardware bħala servizz u servizzi ta’ hardware li jinkludi l-forniment ta’ appoġġ tekniku permezz ta’ aġġornamenti tas-software jew tal-firmware mill-fornitur tal-hardware, esklużi s-servizzi telefoniċi analogi tradizzjonali;

Artikolu 3 (22)

“funzjoni kritika jew importanti” tfisser funzjoni li t-tfikxil tagħha xxekkel materjalment il-prestazzjoni finanzjarja ta’ entità finanzjarja, jew is-solidità jew il-kontinwità tas-servizzi u tal-attivitajiet tagħha, jew funzjoni li jekk il-prestazzjoni tagħha titwaqqaf, tkun difettuża jew tfalli xxekkel materjalment il-konformità kontinwa ta’ entità finanzjarja mal-kondizzjonijiet u l-obbligi tal-awtorizzazzjoni tagħha, jew mal-obbligi l-oħra tagħha skont il-liġi applikabbli dwar is-servizzi finanzjarji;

Artikolu 3 (23)

“fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT” tfisser fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT iddeżinjat bħala kritiku skont l-Artikolu 31;

Artikolu 3 (24)

“fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz” tfisser fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jkun persuna ġuridika stabbilita f’pajjiż terz u li tkun daħlet f’arranġament kuntrattwali ma’ entità finanzjarja għall-forniment ta’ servizzi tal-ICT;

Artikolu 3 (25)

“sussidjarja” tfisser impriża sussidjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (10), u tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

Artikolu 3 (26)

“grupp” tfisser grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tad-Direttiva 2013/34/UE;

Artikolu 3 (27)

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (9), u tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE;

Artikolu 3 (28)

“sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz” tfisser sottokuntrattur tal-ICT li jkun persuna ġuridika stabbilita f’pajjiż terz u li tkun daħlet f’arranġament kuntrattwali ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jew ma’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz;

Artikolu 3 (29)

“riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT” tfisser esponiment għal fornituri terzi kritiċi, individwali jew multipli relatati, ta’ servizzi tal-ICT liema esponiment joħloq livell ta’ dipendenza fuq tali fornituri b’mod li l-indisponibbiltà, il-falliment jew xorta oħra ta’ nuqqas ta’ fornitur bħal dan jistgħu potenzjalment jipperikolaw il-kapaċità ta’ entità finanzjarja milli twettaq funzjonijiet kritiċi jew importanti, jew iwasslu biex iġġarrab tipi oħra ta’ effetti negattivi, inkluż telf kbir, jew li l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni kollha kemm hi titqiegħed fil-periklu;

Artikolu 3 (30)

“korp maniġerjali” tfisser korp maniġerjali kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (36), tad-Direttiva 2014/65/UE, fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tad-Direttiva 2013/36/UE, fl-Artikolu 2(1), il-punt (s), tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31), fl-Artikolu 2(1), il-punt (45), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, fl-Artikolu 3(1), il-punt (20), tar-Regolament (UE) 2016/1011 u fid-dispożizzjoni rilevanti “tar-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi” jew il-persuni ekwivalenti li effettivament imexxu l-entità jew jaqdu funzjonijiet prinċipali skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni jew dik nazzjonali;

Artikolu 3 (31)

“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32);

Artikolu 3 (32)

“istituzzjoni ta’ kreditu eżentata skont id-Direttiva 2013/36/UE” tfisser entita’ kif imsemmija fl-Artikolu 2(5), il-punti (4) sa (23), tad-Direttiva 2013/36/UE;

Artikolu 3 (33)

“ditta tal-investiment” tfisser ditta ta’ investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (1), tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 3 (34)

“ditta tal-investiment żgħira u mhux interkonnessa” tfisser ditta tal-investiment li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

Artikolu 3 (35)

“istituzzjoni ta’ pagament” tfisser istituzzjoni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

Artikolu 3 (36)

“istituzzjoni ta’ pagament eżentata skont id-Direttiva (UE) 2015/2366” tfisser istituzzjoni ta’ pagament eżentata skont l-Artikolu 32(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

Artikolu 3 (37)

“fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

Artikolu 3 (38)

“istituzzjoni tal-flus elettroniċi” tfisser istituzzjoni tal-flus elettroniċi kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Artikolu 3 (39)

“istituzzjoni tal-flus elettroniċi eżentata skont id-Direttiva 2009/110/KE” tfisser istituzzjoni tal-flus elettroniċi li tibbenefika minn eżenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/110/KE;

Artikolu 3 (40)

“kontroparti ċentrali” tfisser kontroparti ċentrali kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

Artikolu 3 (41)

“repożitorju tat-tranżazzjonijiet” tfisser repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

Artikolu 3 (42)

“depożitorju ċentrali tat-titoli” tfisser depożitorju ċentrali tat-titoli kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (1), tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;

Artikolu 3 (43)

“ċentru ta’ negozjar” tfisser ċentru ta’ negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE;

Artikolu 3 (44)

“maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi” tfisser maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattivi kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2011/61/UE;

Artikolu 3 (45)

“kumpanija maniġerjali” tfisser kumpanija tal-maniġment kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (b), tad-Direttiva 2009/65/KE;

Artikolu 3 (46)

“fornitur ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), il-punti (34) sa (36) tiegħu;

Artikolu 3 (47)

“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/138/KE;

Artikolu 3 (48)

“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fl-Artikolu 13, il-punt (4), tad-Direttiva 2009/138/KE;

Artikolu 3 (49)

“intermedjarju tal-assigurazzjoni” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34);

Artikolu 3 (50)

“intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari” tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni anċillari kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2016/97;

Artikolu 3 (51)

“intermedjarju tar-riassigurazzjoni” tfisser intermedjarju tar-riassigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2016/97;

Artikolu 3 (52)

“istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali kif definita fl-Artikolu 6, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

Artikolu 3 (53)

“istituzzjoni żgħira għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali” tfisser istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali li topera skemi ta’ pensjoni li flimkien għandhom total ta’ inqas minn 100 membru;

Artikolu 3 (54)

“aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu” tfisser aġenzija li tiggrada l-kreditu kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

Artikolu 3 (55)

“fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi” tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi kif definit fid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi;

Artikolu 3 (56)

“emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi” tfisser emittent ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi kif definit fid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi;

Artikolu 3 (57)

“amministratur ta’ parametri referenzjarji ta’ importanza kritika” tfisser amministratur ta’ “parametri referenzjarji ta’ importanza kritika” kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2016/1011;

Artikolu 3 (58)

“fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv” tfisser fornitur ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

Artikolu 3 (59)

“repożitorju tat-titolizzazzjoni” tfisser repożitorju tat-titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36);

Artikolu 3 (60)

“mikrointrapriża” tfisser entità finanzjarja, għajr ċentru tan-negozjar, kontroparti ċentrali, repożitorju tat-tranżazzjonijiet jew depożitorju ċentrali tat-titoli, li timpjega inqas minn 10 persuni u li għandha fatturat annwali u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 2 miljun;

Artikolu 3 (61)

Sorveljant Ewlieni tfisser l-Awtorità Superviżorja Ewropea maħtura skont l-Artikolu 31(1), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 3 (62)

“Kumitat Konġunt” tfisser il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010;

Artikolu 3 (63)

“intrapriża żgħira” tfisser entità finanzjarja li timpjega 10 persuni jew aktar, iżda inqas minn 50 persuna, u li għandha fatturat annwali u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li jaqbeż EUR 2 miljuni, iżda li ma jaqbiżx EUR 10 miljun;

Artikolu 3 (64)

“intrapriża ta’ daqs medju” tfisser entità finanzjarja li mhijiex intrapriża żgħira u li timpjega inqas minn 250 persuna u li għandha fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun u/jew karta tal-bilanċ annwali li ma taqbiżx EUR 43 miljun;

Artikolu 3 (65)

“awtorità pubblika” tfisser kwalunkwe gvern jew entità oħra tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-banek ċentrali nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit