|
+Artikolu 162 2. |
Artikolu 162 2.►M17 Għal skoperturi li għalihom istituzzjoni tapplika l-istimi proprji tal-LGD, il-valur tal-maturità (M) għandu jiġi kkalkulat bl-użu ta' perjodi espressi fi snin, kif stabbilit f'dan il-paragrafu u soġġett għall-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. M m'għandux ikun akbar minn ħames snin, ħlief fil-każijiet speċifikati fl-Artikolu 384(2) fejn għandu jintuża M kif speċifikat hemmhekk. M għandu jiġi kkalkulat kif ġej f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin: ◄
(a)
għal strument soġġett għal skeda ta’ fluss tal-flus, M għandha tiġi kkalkulata skont il-formula li ġejja:
fejn CFt tirrappreżenta l-flussi tal-flus (kapital, pagamenti ta’ mgħaxijiet u tariffi) pagabbli kuntrattwalment mid-debitur fil-perijodu t;
(b)
għal derivati soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-medja ppeżata tal-maturità li jifdal tal-iskopertura, fejn M għandha tkun tal-inqas sena (1), u l-ammont nozzjonali ta’ kull skopertura għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;
(c)
għall-iskoperturi li jirriżultaw minn strumenti ta’ derivati kollateralizzati kompletament jew kważi kompletament elenkati fl-Anness II, u transazzjonijiet ta’ self b’marġni kollateralizzati kompletament jew kważi li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun l-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas għaxart (10) ijiem;
(d)
għal transazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid ta’ self ta’ titoli jew prodotti li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta’ netting, M għandha tkun il-maturità medja ppeżata li jifdal tat-transazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas ħamest ijiem. L-ammont nozzjonali ta’ kull transazzjoni għandu jintuża għall-ippeżar tal-maturità;
(da)
għal tranżazzjonijiet ta' għoti ta' self garantit li huma soġġetti għal ftehim ewlieni ta' netting, M għandu jkun il-medja ponderata tal-maturità li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandu jkun tal-inqas 20 jum; għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta' kull tranżazzjoni;
(db)
għal ftehim ewlieni ta' netting li jinkludi aktar minn tip wieħed ta' tranżazzjoni li jikkorrispondu għall-punt (c), (d) jew (da) ta' dan il-paragrafu, M għandu jkun il-maturità medja ponderata li jifdal tat-tranżazzjonijiet fejn M għandha tkun tal-inqas l-itwal perjodu ta' holding, espress fi snin, applikabbli għal tali tranżazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 224(2), jew 10 ijiem jew 20 jum, skont il-każijiet; għall-ippeżar tal-maturità, għandu jintuża l-ammont nozzjonali ta' kull tranżazzjoni;
(e)
istituzzjoni li tkun irċeviet il-permess tal-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 143 sabiex tuża l-istimi proprji tal-PD għal riċevibbli korporattivi mixtrija, għal ammonti miġbuda, M għandha tkun daqs il-maturità medja ppeżata ta’ skoperturi tar-reċivibbli mixtrija, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata. Dan l-istess valur tal-M għandu jintuża wkoll għall-ammonti mhux miġbuda f’faċilità ta’ xiri impenjata jekk il-faċilità jkun fiha ftehimiet effettivi, skattaturi ta’ amortizzazzjoni antiċipata, jew karatterisiċi oħrajn li jipproteġu lill-istituzzjoni li tixtri kontra deterjorament sinifikanti fil-kwalità tar-riċevibbli futuri li hija meħtieġa tixtri fil-perijodu tal-faċilità. Fin-nuqqas ta’ tali protezzjonijiet effettivi, M għall-ammonti mhux miġbuda għandha tkun ikkalkulata bħala s-somma tar-riċevibbli bil-potenzjal tal-itwal data skont il-ftehim ta’ xiri u tal-maturità li jifdal tal-faċilità ta’ xiri, fejn M għandha tkun tal-inqas 90 ġurnata;
(f)
għal kwalunkwe strument għajr dawk imsemmija f'dan il-paragrafu jew meta istituzzjoni ma tkunx f'pożizzjoni li tikkalkula M kif stabbilit fil-punt (a), M għandu jkun iż-żmien massimu li jifdal, fi snin, permess lid-debitur biex iwettaq l-obbligi kuntrattwali tiegħu, inkluż il-kapital, l-imgħax u t-tariffi, fejn M għandu jkun tal-inqas sena;
(g)
għall-istituzzjonijiet li jużaw il-Metodu tal-Mudell Intern stabbilit fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu 6 sabiex jikkalkulaw il-valur tal-iskoperturi, M għandha tiġi kkalkulata għall-iskoperturi li għalihom l-istituzzjonijiet japplikaw dan il-metodu u li għalihom il-maturità tal-kuntratt bl-itwal data fis-sett ta’ netting tkun aktar minn sena skont il-formula li ġejja:
fejn:
(h)
istituzzjoni li tuża mudell intern sabiex tikkalkula l-aġġustament tal-valutazzjoni ta’ kreditu (CVA) unilaterali tista’ tuża, soġġett għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, it-tul effettiv tal-kreditu stmat mill-mudell intern bħala M. Soġġett għall-paragrafu 2, għandha tapplika l-formula fil-punt (a) għas-settijiet ta’ netting li fihom il-kuntratti kollha għandhom maturità oriġinali ta’ inqas minn sena (1);
(i)
għall-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċi msemmija fl-Artikolu 382a(1), il-punt (a) jew (b), biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA tat-tranżazzjonijiet ma' kontroparti partikolari, M m'għandux ikun akbar minn 1 fil-formula stabbilita fl-Artikolu 153(1), il-punt (iii), għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għar-riskju ta' kontroparti għall-istess tranżazzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 92(4), il-punt (a) jew (g), kif applikabbli;
(j)
għal skoperturi rotanti, M għandu jiġi ddeterminat bl-użu tad-data massima ta' terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità; l-istituzzjonijiet m'għandhomx jużaw id-data tar-ripagament tal-prelevament kurrenti jekk dik id-data ma tkunx id-data massima ta' terminazzjoni kuntrattwali tal-faċilità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|