+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) “Dissostichus spp”: tfisser ħut ta' l-ispeċi Dissostichus eleginoides u Dissostichus mawsoni;

(b) “Dokument ta' qbid”: ifisser dokument li fih tinsab l-informazzjoni indikata fl-Anness numru I u ppreżentat skond il-kampjun indikat fl-Anness numru II;

(ċ) “żona tal-Kummissjoni għall-konservazzjoni ta' riżorsi marini ħajjin fil-baħar Antartiku (CCAMLR)”: tfisser iż-żona ta' fejn japplika imfissra fl-Artikolu numru I tal-Konvenzjoni;

▼C1

(d) “importazzjoni” tfisser id-dħul fiżiku jew it-twassil ta' qabda fi kwalunkwe parti tat-territorju ġeografiku taħt il-kontroll ta' Stat, ħlief fejn il-qabda tiġi żbarkata jew trasbordata fl-ambitu tad-definizzjonijiet ta' “żbarkar” jew “trasbord” imniżżlin fil-punti (e) u (f);

(e) “żbarkar” tfisser it-trasferiment inizjali ta' qabda fil-forma maqbuda jew proċessata tagħha minn bastiment għal moll jew għal bastiment ieħor f'port jew f'żona ta' kummerċ ħieles fejn il-qabda tiġi ċċertifikata minn awtorità ta' l-Istat tal-Port bħala żbarkata;

(f) “trasbord” tfisser:

— it-trasferiment ta' qabda fil-forma maqbuda jew proċessata tagħha minn bastiment għal bastiment ieħor jew għal mezz ta' trasport, u, fejn isir trasferiment bħal dan fit-territorju taħt il-kontroll ta' l-Istat tal-Port, għall-fini li titwettaq it-tneħħija/it-tluq tagħha minn dak l-Istat,

— it-tqegħid temporanju ta' qabda fuq l-art jew struttura artifiċjali biex jiġi ffaċilitat trasferiment bħal dan fejn il-qabda ma tiġix żbarkata fl-ambitu tad-definizzjoni tal-punt (e);

(g) “esportazzjoni” tfisser kwalunkwe moviment ta' qabda fil-forma maqbuda jew proċessata tagħha mit-territorju taħt il-kontroll ta' Stat jew żona ta' kummerċ ħieles, jew, fejn dak l-Istat jew iż-żona ta' kummerċ ħieles tifforma parti minn unjoni doganali, kwalunkwe Stat Membru ieħor ta' din l-unjoni doganali;

(h) “esportazzjoni mill-ġdid” tfisser kwalunkwe moviment ta' qabda fil-forma maqbuda jew proċessata tagħha mit-territorju taħt il-kontroll ta' Stat, żona ta' kummerċ ħieles, jew Stat Membru ta' unjoni doganali ta' importazzjoni ħlief jekk dak l-Istat, iż-żona ta' kummerċ ħieles jew kwalunkwe Stat Membru ta' dik l-unjoni doganali ta' importazzjoni jkun l-ewwel post ta' importazzjoni, f'liema każ il-moviment ikun esportazzjoni fis-sens tad-definizzjoni fil-punt (g);

(i) “Stat tal-Port” tfisser l-Istat li għandu kontroll fuq iż-żona ta' port jew iż-żona ta' kummerċ ħieles partikolari għall-finijiet ta' l-iżbarkar, it-trasbord, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid u li l-awtorità tiegħu sservi bħala l-awtorità għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-iżbarkar u t-trasbord.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit