|
+Artikolu 5 Għoti ta' deroga |
Artikolu 5 Għoti ta' derogaArtikolu 5 Għoti ta' deroga 1. It-talba għal deroga minn fabbrikant għandha ssir billi tintbgħat appikazzjoni lill-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat, imsemmija f'Artikolu 8(1), u lill-Kummissjoni, li tagħti xhieda dwar il-kriterji msemmija f'Artikolu 6(1). L-Istati Membri jistgħu jagħmlu talba għal deroga li tkun tiddependi fuq xi ħlas lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru. Ħlasijiet bħal dawn, meta jkun il-każ, għandhom jiġu mposti b'mod mhux diskriminatorju u m'għandhomx ikunu aktar minn kemm jiswa l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni. 2. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu inkartament tekniku bl-informazzjoni kollha u l-ġustifikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu valutati l-aspetti ta' sigurtà dwar l-użu speċifiku ta' surfactants f'diterġenti li ma jkunux iħarsu l-limiti ta' biodigradibilità, kif preskritt fl-Anness III. Barra mir-riżultati tat-testijiet stipulati fl-Anness III, l-inkartament tekniku għandu jinkludi informazzjoni u riżultati ta' testijiet, kif stipulat fl-Annessi II and IV. It-testijiet preskritti fl-Anness IV, punt 4 għandhom isiru fuq il-bażi ta' trattament fuq livelli distinti. It-trattament fuq il-bażi ta' livelli distinti jiġi mfisser f'dokument tekniku ta' gwida li għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2) sat-8 ta' April 2007. Dan id-dokument ta' gwida jispeċifika wkoll, meta xieraq, dawk it-testijiet li għalihom għandhom japplikaw il-prinċipji ta' prattika tajba ta' laboratorju. 3. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru, meta tirċievi applikazzjonijiet għal deroga skond il-paragrafi 1 u 2, għandha teżamina t-talbiet, tevalwa l-konformità tagħhom mal-kondizzjonijiet dwar derogi u tinforma lill-Kummissjoni bir-riżultati fi żmien sitt xhur wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni sħiħa. Jekk l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru jidhrilha li hemm bżonn ta' evalwazzjoni tar-riskju li jista' jkun ikkawżat minn xi sustanza u/jew ►M2 taħlita ◄ , għandha, fi żmien tliet xhur wara li tkun irċeviet l-applikazzjoni, titlob għal aktar informazzjoni, verifikazzjoni u/jew testijiet konfermattivi dwar dawn is-sustanzi u/jew ►M2 taħlitiet ◄ jew il-prodotti ta' trasformazzjoni tagħhom, li dwarhom kienu infurmati jew irċevew informazzjoni skond dan ir-Regolament. Il-perjodu ta' żmien għall-evalwazzjoni ta' l-inkartament mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandu jibda biss malli l-inkartament ikun lest kollu bl-informazzjoni addizzjonali. Jekk l-informazzjoni mitluba ma tingħatax fi żmien 12-il xahar, l-applikazzjoni għandha titqies bħala mhux kompletata u għalhekk invalida. F'dan il-każ, Artikolu 6(2) ma japplikax. Jekk tkun mitluba aktar informazzjoni dwar metaboliti, strateġiji ta' testjar pass wara l-ieħor għandhom jiġu wżati biex jiġi żgurat l-akbar użu ta' metodi ta' testijiet in-vitro u oħrajn li ma jinvolvux annimali. 4. Fuq il-bażi ta', b'mod partikolari, l-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru, l-Kummissjoni tista' tagħti deroga skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 12(2). Jekk meħtieġ, qabel tagħti din id-deroga, l-Kummissjoni għandha tkompli tevalwa l-kwistjonijiet indikati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 12-il xahar wara li tkun irċeviet l-evalwazzjoni mill-Istat Membru, ħlief fil-każ ta' l-Artikolu 5(4) u (6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE meta l-perjodu għandu jkun ta' 18-il xahar. 5. Derogi bħal dawn jistgħu jippermettu, jillimitaw jew jirrestrinġu severament it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' surfactants bħala ingredjenti f'diterġenti, skond ir-riżultati ta' l-istima dwar riskji komplementari, kif imfisser fl-Anness IV. Jistgħu jinkludu perjodu li fih jispiċċa bil-mod it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ingredjenti f'diterġenti. Il-Kummissjoni tista' tirrevedi deroga malli tirċievi informazzjoni li tkun tiġġustifika r-reviżjoni sostanzjali ta' l-inkartament tekniku li kien inkluż ma' l-applikazzjoni għad-deroga. Għal dan il-għan, il-fabbrikant għandu, fuq talba, jagħti lill-Kummissjoni inkartament tekniku li jkun ġie aġġornat dwar il-punti msemmija fl-Anness IV, punt 2. Fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni aġġornata, l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li ttawwal, tibdel jew tittermina d-deroga. Il-paragrafi 1 sa 4 u 6 ta' dan l-Artikolu u Artikolu 6 għandhom japplikaw mutatis mutandis. 6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' surfactants li jkunu kisbu deroga, bil-kondizzjonijiet korrispondenti jew limitazzjonijiet dwar l-użu, kif previst fl-Anness V. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|