+Artikolu 16 Rekwiżiti wara l-għoti ta’ kunsens għal vjeġġ
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.
---+Artikolu 16 6.
---+Artikolu 16 7.
|
Artikolu 16 Rekwiżiti wara l-għoti ta’ kunsens għal vjeġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
Wara li l-awtoritajiet ikkonċernati jkunu taw kunsens għal vjeġġ innotifikat, l-impriżi kollha involuti għandhom jikkompletaw id-dokument ta’ moviment, jew, fil-każ ta’ notifika ġenerali, id-dokumenti ta’ moviment fil-punti indikati. Huma għandhom jiżguraw li l-informazzjoni fid-dokument ta’ moviment issir disponibbli elettronikament permezz ta’ sistema msemmija fl-Artikolu 27, inkluż matul il-ħin tat-trasport tal-iskart, għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi involuti fil-vjeġġ, għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u għall-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet.
|
|
Artikolu 16 2.
|
La darba n-notifikatur ikun irċieva kunsens bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ, tad-destinazzjoni u tat-tranżitu jew jista’ jassumi kunsens taċitu mill-awtorità tat-tranżitu, in-notifikatur għandu jipprovdi d-data reali tal-vjeġġ u jikkompleta d-dokument ta’ moviment sa fejn ikun possibbli, f’konformità mal-istruzzjonijiet biex jiġu kompluti n-notifiki u d-dokumenti ta’ moviment fl-Anness IA u IB f’konformità mal-Anness IC, u jissottomettih lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi l-oħrajn involuti fil-vjeġġ, mill-inqas jumejn tax-xogħol qabel ma jibda l-vjeġġ. Madankollu, l-informazzjoni dwar il-kwantità reali tal-iskart, it-trasportatur jew it-trasportaturi u, meta applikabbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-kontejner jistgħu jiġu sottomessi mhux aktar tard mill-bidu tal-vjeġġ.
|
|
Artikolu 16 3.
|
In-notifikatur għandu jiżgura li, minbarra li jagħmel id-dokument ta’ moviment disponibbli f’konformità mal-paragrafu 1, id-dokument ta’ notifika li jkun fih il-kunsensi tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u l-kundizzjonijiet imposti minnhom ikun disponibbli b’mezzi elettroniċi, inkluż matul it-trasport tal-iskart, għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u għall-awtoritajiet involuti fl-ispezzjonijiet.
|
|
Artikolu 16 4.
|
Meta d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ma jkunux jistgħu jsiru disponibbli online matul it-trasport tal-iskart, in-notifikatur u t-trasportatur jew it-trasportaturi għandhom jiżguraw li d-dokumenti jkunu disponibbli b’mezzi oħra fil-vettura tat-trasport. F’tali każijiet, in-notifikatur għandu jiżgura li kwalunkwe bidla jew żieda fid-dokumenti matul it-trasport tal-iskart tiġi sottomessa permezz ta’ sistema imsemmija fl-Artikolu 27.
|
|
Artikolu 16 5.
|
Il-faċilità għandha, fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta tirċievi l-iskart, tipprovdi konferma lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati li l-iskart ġie riċevut. Dik il-konferma għandha tingħata fid-dokument ta’ moviment jew annessa miegħu.
|
|
Artikolu 16 6.
|
Il-faċilità li twettaq operazzjoni ta’ rkupru mhux interim jew operazzjoni ta’ rimi mhux interim għandha, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 30 jum wara li dik l-operazzjoni tiġi kompluta, u mhux aktar tard minn sena waħda, jew mill-perjodu iqsar imsemmi fl-Artikolu 9(6), wara li tirċievi l-iskart, taħt ir-responsabbiltà tagħha, tipprovdi ċertifikat li l-irkupru mhux interim jew ir-rimi mhux interim ikun ġie kkompletat.
|
|
Artikolu 16 7.
|
Iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 6, għandu jiġi sottomess lin-notifikatur u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|