+Artikolu 38 2.

Artikolu 38 2.

L-adattamenti li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) 

in-notifikatur għandu jissottometti f’konformità mal-Artikolu 27 in-notifika u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba, u fl-istess ħin, jipprovdi tali notifika u informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3); meta tintuża email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali;

(b) 

in-notifikatur għandu jipprovdi, annessa mad-dokument ta’ notifika, evidenza dokumentarja li awditu kif imsemmi fl-Artikolu 46(3) twettaq fil-faċilità li l-iskart ikun qed jiġi esportat lejha, dment li ma tkunx tapplika l-eżenzjoni fl-Artikolu 46(11);

(c) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni u bil-kundizzjonijiet tagħhom, jekk ikun hemm, rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(d) 

l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni skont l-Artikoli 7, 8, 16 u 17 għandha tiġi pprovduta bil-posta, jew jekk xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(e) 

in-notifikatur għandu jiżgura li l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-faċilità skont l-Artikolu 15(3) sa (5) u l-Artikolu 16(5) u (6) tiġi inkluża f’sistema msemmija fl-Artikolu 27, sakemm dawk il-faċilitajiet ma jkunux konnessi mas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(f) 

kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost biex tipprovdi kunsens taċitu, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;

(g) 

l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ fl-Unjoni għandha tieħu d-deċiżjoni li tagħti kunsens għall-vjeġġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 biss wara li tkun irċeviet kunsens bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u, meta jkun xieraq, il-kunsens taċitu jew bil-miktub ta’ awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni u mhux qabel 61 jum wara d-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost minn awtorità kompetenti tat-tranżitu barra mill-Unjoni, sakemm l-awtorità kompetenti tad-dispaċċ ma jkollhiex il-kunsens bil-miktub tal-awtoritajiet kompetenti kkonċernati l-oħra, u f’dak il-każ tkun tista’ tieħu d-deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9 qabel dak il-limitu ta’ żmien.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit