7. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-identità tas-sid benefiċjarju u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom tkun qed titwettaq tranżazzjoni jew attività b’wieħed mill-modi li ġejjin:
|
(a)
|
f’konformità mal-paragrafu 6;
|
|
(b)
|
billi jieħdu miżuri raġonevoli biex jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa mill-klijent jew minn sorsi affidabbli oħra, inkluż reġistri pubbliċi għajr ir-reġistri ċentrali.
|
L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-informazzjoni li għandha tiġi kkonsultata, filwaqt li jqisu r-riskji ppreżentati mit-tranżazzjoni jew mir-relazzjoni tan-negozju okkażjonali u mis-sid benefiċjarju, inkluż riskji marbuta mal-istruttura tas-sjieda.
Minbarra l-mezzi ta’ verifika stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji billi jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali.