+Artikolu 22 Identifikazzjoni u verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju
---+Artikolu 22 1
---+Artikolu 22 2
---+Artikolu 22 3
---+Artikolu 22 4
---+Artikolu 22 5
---+Artikolu 22 6
---+Artikolu 22 7

Artikolu 22 Identifikazzjoni u verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 1

1.   Bl-eċċezzjoni ta’ każijiet ta’ riskju aktar baxx li għalihom japplikaw il-miżuri skont it-Taqsima 3 u irrispettivament mill-applikazzjoni ta’ miżuri addizzjonali f’każijiet ta’ riskju ogħla skont it-Taqsima 4, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja sabiex jidentifikaw il-klijent, kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’isem il-klijent, u l-persuna/i fiżika/fiżiċi li f’isimha/f’isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom qed titwettaq tranżazzjoni jew attività:

(a)

għal persuna fiżika:

(i)

l-ismijiet u l-kunjomijiet kollha;

(ii)

il-post u d-data tat-twelid sħiħa;

(iii)

in-nazzjonalitajiet, jew l-apolidija u l-istat ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni sussidjarja fejn applikabbli, u n-numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali, fejn applikabbli;

(iv)

ir-residenza abitwali jew, jekk ma jkun hemm l-ebda indirizz residenzjali fiss b’residenza leġittima fl-Unjoni, l-indirizz postali li fih tista’ tiġi kkuntattjata l-persuna fiżika u, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa;

(b)

għal entità ġuridika:

(i)

il-forma ġuridika u l-isem tal-entità ġuridika;

(ii)

l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew uffiċjali u, jekk differenti, is-sede prinċipali, u l-pajjiż tal-ħolqien;

(iii)

l-ismijiet tar-rappreżentanti legali tal-entità ġuridika kif ukoll, fejn disponibbli, in-numru tar-reġistrazzjoni, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;

(iv)

l-ismijiet ta’ persuni li għandhom ishma jew pożizzjoni ta’ direttur f’forma ta’ persuna nominata, inkluż referenza għall-istatus tagħhom bħala azzjonisti jew diretturi mandatarji.

(c)

għal trustee ta’ trust espress jew għal persuna li jkollha pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili:

(i)

informazzjoni bażika dwar l-arranġament ġuridiku; madankollu, fir-rigward tal-assi miżmuma fl-arranġament ġuridiku jew ġestiti permezz tiegħu, għandhom jiġu identifikati biss l-assi li għandhom jiġu ġestiti fil-kuntest tar-relazzjoni tan-negozju jew tat-tranżazzjoni okkażjonali;

(ii)

l-indirizz tar-residenza tat-trustees jew tal-persuni li jkollhom pożizzjoni ekwivalenti arranġament ġuridiku simili u, jekk differenti, il-post minn fejn it-trust espress jew l-arranġament ġuridiku simili huwa amministrat, u s-setgħat li jirregolaw u jorbtu l-arranġament ġuridiku, kif ukoll, fejn disponibbli, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika;

(d)

għal organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom kapaċità legali skont il-liġi nazzjonali:

(i)

l-isem, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat jew l-ekwivalenti;

(ii)

l-ismijiet tal-persuni mogħtijin is-setgħa li jirrappreżentaw lill-organizzazzjoni kif ukoll, fejn applikabbli, il-forma ġuridika, in-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, in-numru tar-reġistrazzjoni, l-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika u l-atti ta’ assoċjazzjoni jew ekwivalenti.

Artikolu 22 2

2.   Għall-finijiet tal-identifikazzjoni tas-sid benefiċjarju ta’ entità ġuridika jew ta’ arranġament ġuridiku, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiġbru l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 62(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)

Fejn, wara li jkunu ġew eżawriti l-mezzi kollha possibbli ta’ identifikazzjoni, l-ebda persuna fiżika ma tiġi identifikata bħala s-sid benefiċjarju, jew fejn ikun hemm dubji li l-persuni identifikati huma s-sidien benefiċjarji, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekord li l-ebda sid benefiċjarju ma ġie identifikat u jidentifikaw il-persuni kollha fiżiċi li jkollhom il-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali maniġerjali superjuri fl-entità korporattiva jew f’entità ġuridika oħra u għandhom jivverifikaw l-identità tagħhom.

Meta t-twettiq tal-verifika tal-identità msemmija fit-tieni subparagrafu jista’ jallerta lill-klijent li l-entità marbuta b’obbligu jkollha dubji dwar is-sjieda benefiċjarja tal- tal-entità ġuridika, l-entità marbuta b’obbligu għandha tastjeni milli tivverifika l-identità tal-uffiċjali maniġerjali superjuri, u minflok għandha tirreġistra l-passi meħuda biex tiġi aċċertata l-identità tas-sidien benefiċjarji u tal-uffiċjali maniġerjali superjuri. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu rekords tal-azzjonijiet meħuda kif ukoll tad-diffikultajiet misjuba matul il-proċess ta’ identifikazzjoni, li wasslu għar-rikors għall-identifikazzjoni ta’ uffiċjal maniġerjali superjuri.

Artikolu 22 3

3.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jiksbu informazzjoni biex jidentifikaw u jivverifikaw l-identità tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jużaw kwalunkwe IBAN virtwali li joħorġu, u l-kont bankarju jew tal-ħlas assoċjat.

L-istituzzjoni ta’ kreditu jew l-istituzzjoni finanzjarja li tipproċessa l-kont bankarju jew ta’ pagament li fih IBAN virtwali, maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu jew istituzzjoni finanzjarja oħra, jidderiġi mill-ġdid il-pagamenti, għandha tiżgura li tkun tista’ tikseb mingħu l-istituzzjoni li toħroġ l-IBAN virtwali l-informazzjoni li tidentifika u tivverifika l-identità tal-persuna fiżika li tuża dak l-IBAN virtwali mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien 5 ijiem tax-xogħol minn meta titlob dik l-informazzjoni.

Artikolu 22 4

4.   Fil-każ ta’ benefiċjarji ta’ trusts jew ta’ entitajiet ġuridiċi jew arranġamenti ġuridiċi simili li huma ddeżinjati skont karatteristiċi jew klassi partikolari, entità marbuta b’obbligu għandha tikseb biżżejjed informazzjoni dwar il-benefiċjarju sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fi żmien l-iżborż jew fiż-żmien li l-benefiċjarju jeżerċita d-drittijiet vestiti lilu.

Artikolu 22 5

5.   Fil-każ ta’ trusts diskrezzjonarji, entità marbuta b’obbligu għandha tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-oġġetti ta’ setgħa u riċevituri awtomatiċi sabiex tkun tista’ tistabbilixxi l-identità tal-benefiċjarju fil-mument tal-eżerċizzju mit-trustees tas-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom, jew fil-mument li r-riċevituri ta’ inadempjenza jsiru l-benefiċjarji minħabba n-nuqqas tat-trustees li jeżerċitaw is-setgħa ta’ diskrezzjoni tagħhom.

Artikolu 22 6

6.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa għall-verifika tal-identità tal-klijent u ta’ kwalunkwe persuna li tidher li taġixxi f’ismu permezz ta’ waħda minn dawn iż-żewġ mezzi li ġejjin:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ dokument tal-identità, tal-passaport jew tal-ekwivalenti u, meta rilevanti, l-akkwist ta’ informazzjoni minn sorsi affidabbli u indipendenti, kemm jekk aċċessata direttament kif ukoll jekk ipprovduta mill-klijent;

(b)

l-użu ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-livelli ta’ assigurazzjoni “sostanzjali” u “għolja” u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati rilevanti kif jinsabu f’dak ir-Regolament.

Artikolu 22 7

7.   L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-identità tas-sid benefiċjarju u, fejn rilevanti, il-persuna/i li f’isimha/isimhom jew għall-benefiċċju tagħha/tagħhom tkun qed titwettaq tranżazzjoni jew attività b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

f’konformità mal-paragrafu 6;

(b)

billi jieħdu miżuri raġonevoli biex jiksbu l-informazzjoni, id-dokumenti u d-data meħtieġa mill-klijent jew minn sorsi affidabbli oħra, inkluż reġistri pubbliċi għajr ir-reġistri ċentrali.

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddeterminaw il-firxa tal-informazzjoni li għandha tiġi kkonsultata, filwaqt li jqisu r-riskji ppreżentati mit-tranżazzjoni jew mir-relazzjoni tan-negozju okkażjonali u mis-sid benefiċjarju, inkluż riskji marbuta mal-istruttura tas-sjieda.

Minbarra l-mezzi ta’ verifika stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji billi jikkonsultaw ir-reġistri ċentrali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit