+Artikolu 33 1

Artikolu 33 1

1.   Meta, b’kont meħud tal-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Annessi II u III, ir-relazzjoni tan-negozju jew it-tranżazzjoni tippreżenta grad baxx ta’ riskju, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw il-miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta li ġejjin:

(a)

il-verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju wara l-istabbiliment tar-relazzjoni tan-negozju, dment li r-riskju aktar baxx speċifiku identifikat jiġġustifika tali posponiment, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 60 jum mill-istabbiliment tar-relazzjoni;

(b)

it-tnaqqis tal-frekwenza tal-aġġornamenti tal-identifikazzjoni tal-klijenti;

(c)

it-tnaqqis tal-ammont ta’ informazzjoni miġbura sabiex jidentifikaw l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju, jew it-tranżazzjoni okkażjonali jew jiddeduċuha mit-tip ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ relazzjoni tan-negozju stabbilita;

(d)

it-tnaqqis tal-frekwenza jew il-grad ta’ skrutinju tat-tranżazzjonijiet imwettqin mill-klijent;

(e)

l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura simplifikata rilevanti oħra ta’ diliġenza dovuta identifikata mill-AMLA skont l-Artikolu 28.

Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u għad-daqs tan-negozju u għall-elementi speċifiċi ta’ riskju aktar baxx identifikat. Madankollu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit