+Artikolu 33 Miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5
|
Artikolu 33 Miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 33 1
|
1. Meta, b’kont meħud tal-fatturi ta’ riskju stabbiliti fl-Annessi II u III, ir-relazzjoni tan-negozju jew it-tranżazzjoni tippreżenta grad baxx ta’ riskju, l-entitajiet marbutin b’obbligu jistgħu japplikaw il-miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta li ġejjin:
|
(a)
|
il-verifika tal-identità tal-klijent u tas-sid benefiċjarju wara l-istabbiliment tar-relazzjoni tan-negozju, dment li r-riskju aktar baxx speċifiku identifikat jiġġustifika tali posponiment, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 60 jum mill-istabbiliment tar-relazzjoni;
|
|
(b)
|
it-tnaqqis tal-frekwenza tal-aġġornamenti tal-identifikazzjoni tal-klijenti;
|
|
(c)
|
it-tnaqqis tal-ammont ta’ informazzjoni miġbura sabiex jidentifikaw l-iskop u n-natura maħsuba tar-relazzjoni tan-negozju, jew it-tranżazzjoni okkażjonali jew jiddeduċuha mit-tip ta’ tranżazzjonijiet jew ta’ relazzjoni tan-negozju stabbilita;
|
|
(d)
|
it-tnaqqis tal-frekwenza jew il-grad ta’ skrutinju tat-tranżazzjonijiet imwettqin mill-klijent;
|
|
(e)
|
l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe miżura simplifikata rilevanti oħra ta’ diliġenza dovuta identifikata mill-AMLA skont l-Artikolu 28.
|
Il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu proporzjonati għan-natura u għad-daqs tan-negozju u għall-elementi speċifiċi ta’ riskju aktar baxx identifikat. Madankollu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwettqu monitoraġġ suffiċjenti tat-tranżazzjonijiet jew tar-relazzjoni tan-negozju sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati tranżazzjonijiet mhux tas-soltu jew suspettużi.
|
|
Artikolu 33 2
|
2. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiżguraw li l-proċeduri interni stabbiliti skont l-Artikolu 9 ikun fihom il-miżuri speċifiċi ta’ verifika simplifikata li għandhom jittieħdu fir-rigward tat-tipi differenti ta’ klijenti li jippreżentaw riskju aktar baxx. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jiddokumentaw deċiżjonijiet li jqisu fatturi addizzjonali ta’ riskju aktar baxx.
|
|
Artikolu 33 3
|
3. Għall-fini tal-applikazzjoni ta’ miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jadottaw proċeduri ta’ maniġġar tar-riskju fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jipprovdu servizzi jew iwettqu tranżazzjonijiet għal klijent qabel ma ssir il-verifika, inkluż billi jillimitaw l-ammont, in-numru jew it-tipi ta’ tranżazzjonijiet li jistgħu jitwettqu jew billi jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet sabiex jiżguraw li dawn ikunu allinjati man-normi mistennija għar-relazzjoni tan-negozju inkwistjoni.
|
|
Artikolu 33 4
|
4. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jivverifikaw fuq bażi regolari li jkunu għadhom jeżistu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ miżuri tad-diliġenza dovuta simplifikata. Il-frekwenza ta’ tali verifiki għandha tkun proporzjonata man-natura u għad-daqs tan-negozju u għar-riskji ppreżentati mir-relazzjoni speċifika.
|
|
Artikolu 33 5
|
5. L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iżommu lura milli japplikaw miżuri simplifikati ta’ diliġenza dovuta fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
l-entitajiet marbutin b’obbligu jkollhom dubji dwar il-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-klijent jew mis-sid benefiċjarju fl-istadju tal-identifikazzjoni, jew jidentifikaw inkonsistenzi fir-rigward ta’ dik l-informazzjoni;
|
|
(b)
|
il-fatturi li jindikaw riskju aktar baxx ma jkunux għadhom preżenti;
|
|
(c)
|
il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet tal-klijent u l-informazzjoni miġbura fil-kuntest tar-relazzjoni tan-negozju jkunu jeskludu xenarju ta’ riskju aktar baxx;
|
|
(d)
|
ikun hemm suspett ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(e)
|
ikun hemm suspett li l-klijent, jew il-persuna li taġixxi f’isem il-klijent, qed jipprova jevita jew jevadi sanzjonijiet finanzjarji mmirati.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|