3. Fil-każ ta’ entitajiet marbutin b’obbligu li jkunu parti minn grupp, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 49 tista’ tiġi żgurata permezz ta’ politiki, proċeduri u kontrolli għall-grupp kollu dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a)
|
l-entità marbuta b’obbligu tiddependi fuq l-informazzjoni pprovduta unikament minn entità marbuta b’obbligu li hija parti mill-istess grupp;
|
|
(b)
|
il-grupp japplika politiki u proċeduri dwar l-AML/CFT, miżuri ta’ diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti u regoli dwar iż-żamma ta’ rekords li jkunu kompletament konformi ma’ dan ir-Regolament, jew ma’ regoli ekwivalenti f’pajjiżi terzi;
|
|
(c)
|
l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti msemmijin fil-punt (b) ta’ dan il-paragafu tkun issorveljata fil-livell tal-grupp mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju f’konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva (UE) 2024/1640 jew tal-pajjiż terz f’konformità mar-regoli ta’ dak il-pajjiż terz.
|