1. L-entitajiet marbutin b’obbligu, u, fejn applikabbli, id-diretturi u l-impjegati tagħhom, għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-FIU billi minnufih:
|
(a)
|
iressqu rapporti lill-FIU, fuq inizjattiva tagħhom stess, meta l-entità marbuta b’obbligu tkun taf, tissuspetta jew ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li fondi jew attivitajiet, irrispettivament mill-ammont ikkonċernat, ikunu r-rikavat minn attività kriminali jew ikunu relatati ma’ finanzjament tat-terroriżmu jew attività kriminali u billi jwieġbu għal talbiet għal aktar informazzjoni mill-FIU f’każijiet bħal dawn;
|
|
(b)
|
tipprovdi lill-FIU, fuq talba tagħha, l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż informazzjoni dwar ir-rekords tat-tranżazzjonijiet, fi żmien l-iskadenzi imposti;
|
Għandhom jiġu rrapportati t-tranżazzjonijiet suspettużi kollha, inkluż tentattivi ta’ tranżazzjonijiet u suspetti li jirriżultaw min-nuqqas ta’ kapaċità li titwettaq diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti skont l-ewwel subparagrafu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom iwieġbu għal talba għal informazzjoni mill-FIU fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. F’każijiet ġustifikati u urġenti, l-FIUs jistgħu jqassru dik l-iskadenza, inkluż sa inqas minn 24 siegħa.
B’deroga mit-tielet subparagrafu, l-FIU tista’ testendi l-iskadenza għal tweġiba lil hinn mill-ħamest ijiem ta’ xogħol meta tqis li jkun iġġustifikat u dment li l-estensjoni ma timminax l-analiżi tal-FIU.