+Artikolu 38 (4)

Artikolu 38 (4)

jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

“Artikolu 19a

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskju ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu assoċjat ma’ trasferimenti ta’ kriptoassi diretti lejn jew li joriġinaw minn indirizz awtoospitat. Għal dak il-għan, il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandu jkollhom fis-seħħ politiki, proċeduri u kontrolli interni. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi japplikaw miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati mar-riskji identifikati. Dawk il-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jinkludu miżura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

jittieħdu miżuri bbażati fuq ir-riskju biex jiġi identifikat u tiġi vverifikata l-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar minn jew lejn indirizz awtoospitat jew is-sid benefiċjarju tat-tali oriġinatur jew benefiċjarju, inkluż permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi;

(b)

tintalab informazzjoni addizzjonali dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kriptoassi trasferiti;

(c)

jitwettaq monitoraġġ kontinwu msaħħaħ ta’ dawk it-tranżazzjonijiet;

(d)

kwalunkwe miżura oħra għall-mitigazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll ir-riskju ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni u evażjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji mmirati u sanzjonijiet finanzjarji mmirati relatati mal-finanzjament tal-proliferazzjoni.

2.   Sat-30 ta’ Diċembru 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu, inkluż il-kriterji u l-mezzi għall-identifikazzjoni u l-verifika tal-identità tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju ta’ trasferiment li jkun sar lejn jew minn indirizz awtoospitat, b’mod partikolari permezz ta’ dipendenza fuq partijiet terzi, b’kont meħud tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi.

Artikolu 19b

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 19, fir-rigward ta’ relazzjonijiet korrispondenti transfruntiera li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ servizzi tal-kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114, ħlief għall-punt (h) ta’ dak il-punt, ma’ fornitur rispondenti mhux stabbilit fl-Unjoni u li jipprovdi servizzi simili, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi, l-Istati Membri għandhom, minbarra l-miżuri ta’ diliġenza dovuta tal-klijenti stabbiliti fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, meta jidħlu f’relazzjoni ta’ negozju ma’ tali entità:

(a)

jiddeterminaw jekk l-entità rispondenti hijiex liċenzjata jew irreġistrata;

(b)

jiġbru biżżejjed informazzjoni dwar l-entità rispondenti sabiex jifhmu b’mod sħiħ in-natura tan-negozju tar-rispondenti u sabiex jiddeterminaw ir-reputazzjoni tal-entità u l-kwalità tas-superviżjoni minn informazzjoni pubblikament disponibbli;

(c)

jivvalutaw il-kontrolli tal-AML/CFT tal-entità rispondenti;

(d)

jiksbu approvazzjoni mill-maniġment superjuri qabel ma jistabbilixxu relazzjonijiet korrispondenti ġodda;

(e)

jiddokumentaw ir-responsabbiltajiet rispettivi ta’ kull parti għar-relazzjoni korrispondenti;

(f)

fir-rigward ta’ pagamenti permezz ta’ trasferimenti minn kontijiet tal-kriptoassi, ikunu sodisfatti li l-entità rispondenti tkun ivverifikat l-identità tal-klijenti u pprattikat id-diliġenza dovuta kontinwata tal-klijenti li jkollhom aċċess dirett għall-kontijiet tal-entità korrispondenti, u li tkun kapaċi tipprovdi data rilevanti għall-finijiet tad-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti fuq talba tal-entità korrispondenti.

Meta l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jiddeċiedu li jtemmu relazzjonijiet korrispondenti għal raġunijiet relatati mal-politika kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, huma għandhom jiddokumentaw u jirreġistraw id-deċiżjoni tagħhom.

Il-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom jaġġornaw l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta għar-relazzjoni korrispondenti fuq bażi regolari jew meta jitfaċċaw riskji ġodda fir-rigward tal-entità rispondenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi jqisu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 sabiex jiddeterminaw, fuq bażi ta’ sensittività għar-riskji, il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu biex jittaffew ir-riskji assoċjati mal-entità rispondenti.

3.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024, l-EBA għandha toħroġ linji gwida biex tispeċifika l-kriterji u l-elementi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi għandhom iqisu meta titwettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji msemmija fil-paragrafu 2, inkluż l-azzjoni minima li għandha tittieħed mill-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi fejn l-entità rispondenti ma tkunx irreġistrata jew liċenzjata.”

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit