+DIRETTIVA 2006/66/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni
------+Article 2 1.
------+Article 2 2.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 Projbizzjonijiet
------+Article 4 1.
------+Article 4 2.
------+Article 4 3.
------+Article 4 4.
---+Artikolu 5 Prestazzjoni ambjentali mtejba
---+Artikolu 6 Tqegħid fis-suq
------+Article 6 1.
------+Article 6 2.
---+Artikolu 7 Għan ġenerali
---+Artikolu 8 Skemi ta' ġbir
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
------+Article 8 3.
------+Article 8 4.
---+Artikolu 9 Strumenti ekonomiċi
---+Artikolu 10 Miri ta' ġbir
------+Article 10 1.
------+Article 10 2.
------+Article 10 3.
------+Article 10 4.
---+Artikolu 11 Tneħħija ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi
---+Artikolu 12 Trattament u riċiklaġġ
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
------+Article 12 5.
------+Article 12 6.
---+Artikolu 13 Teknoloġiji ġodda għar-riċiklaġġ
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
---+Artikolu 14 Rimi
---+Artikolu 15 Esportazzjonijiet
------+Article 15 1.
------+Article 15 2.
------+Article 15 3.
---+Artikolu 16 Finanzjament
------+Article 16 1.
------+Article 16 2.
------+Article 16 3.
------+Article 16 4.
------+Article 16 5.
------+Article 16 6.
---+Artikolu 17 Reġistrazzjoni
---+Artikolu 18 Produtturi żgħar
------+Article 18 1.
------+Article 18 2.
------+Article 18 3.
---+Artikolu 19 Parteċipazzjoni
------+Article 19 1.
------+Article 19 2.
---+Artikolu 20 Informazzjoni għal utenti aħħarin
------+Article 20 1.
------+Article 20 2.
------+Article 20 3.
---+Artikolu 21 Ittikkettjar
------+Article 21 1.
------+Article 21 2.
------+Article 21 3.
------+Article 21 4.
------+Article 21 5.
------+Article 21 6.
------+Article 21 7.
---+Artikolu 22a Inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart
---+Artikolu 23 Reviżjoni
------+Article 23 1.
------+Article 23 2.
------+Article 23 3.
---+Artikolu 23a Eżerċizzju tad-delega
------+Article 23a 1.
------+Article 23a 2.
------+Article 23a 3.
------+Article 23a 4.
------+Article 23a 5.
---+Artikolu 24 Proċedura ta’ kumitat
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
---+Artikolu 25 Penali
---+Artikolu 26 Traspożizzjoni
------+Article 26 1.
------+Article 26 2.
---+Artikolu 27 Ftehim volontarji
------+Article 27 1.
------+Article 27 2.
------+Article 27 3.
------+Article 27 4.
---+Artikolu 28 Tħassir
---+Artikolu 29 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 30 Indirizzati
---+ANNEX I MONITORING OF COMPLIANCE WITH THE ARTICLE 10 COLLECTION TARGETS
---+ANNEX II SYMBOLS FOR BATTERIES, ACCUMULATORS AND BATTERY PACKS FOR SEPARATE COLLECTION
---+ANNEX III DETAILED TREATMENT AND RECYCLING REQUIREMENTS
---+ANNESS IV
English - European Union - Environment -

DIRETTIVA 2006/66/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

DIRETTIVA 2006/66/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

1) regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta' batteriji u akkumulaturi u b'mod partikolari, projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' batteriji u akkumulaturi li jkun fihom sustanzi perikolużi; u

2) regoli speċifiċi għall-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ u r-rimi ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi biex jissupplimentaw leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti dwar l-iskart u sabiex jippromwovu livell għoli ta' ġbir u riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u akkumulaturi.

Din id-Direttiva tfittex li ttejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' batteriji u akkumulaturi kif ukoll ta' l-attivitajiet ta' l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' batteriji u akkumulaturi, per eżempju produtturi, distributuri u utenti aħħarin u b'mod partikolari dawk l-operaturi involuti direttament fit-trattament u r-riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għal kull tip ta' batterija u akkumulatur, irrispettivament mill-forma, volum, piż, kompożizzjoni materjali jew użu tagħhom. Hi għandha tapplika bla ħsara għad-Direttivi 2000/53/KE u 2002/96/KE.

2.  Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal batteriji u akkumulaturi użati:

(a) f'tagħmir konness mal-protezzjoni ta' l-interessi ta' sigurtà essenzjali ta' l-Istati Membri, armi, munizzjon u materjal tal-gwerra, bl-eċċezzjoni ta' prodotti li mhumiex intiżi għal għanijiet speċifikament militari;

(b) f'tagħmir maħsub biex jintbagħat fl-ispazju.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1) “batterija” jew “akkumulatur” tfisser kwalunkwe sors ta' enerġija elettrika ġġenerata permezz tal-konversjoni diretta ta' enerġija kimika u li jikkonsisti f'ċellula primarja ta' batterija (mhux rikarikabbli) waħda jew aktar jew li jikkonsisti f'ċellula sekondarja ta' batterija (rikarikabbli) waħda jew aktar;

2) “pakkett ta' batteriji” tfisser kwalunkwe sett ta' batteriji jew akkumulaturi li huma konnessi flimkien u/jew magħluqin f'qoxra minn barra sabiex jifformaw unità kompleta li l-utent aħħari mhux intiż li jifred jew li jiftaħ;

3) “batterija jew akkumulatur portabbli” tfisser kwalunkwe batterija, ċelluli buttuna, pakkett tal-batteriji jew akkumulatur li:

(a) huma ssiġillati; u

(b) jistgħu jinġarru fl-idejn; u

(ċ) la huma batterija jew akkumulatur industrijali u lanqas batterija jew akkumulatur awtomotiv;

4) “ċellula buttuna” tfisser kull batterija jew akkumulatur tond, żgħir, portabbli li d-dijametru tiegħu huwa akbar mill-għoli tiegħu u li huwa użat għal għanijiet speċjali bħalma huma apparat tas-smigħ, arloġġi, tagħmir portabbli żgħir u enerġija ta' riżerva;

5) “batterija jew akkumulatur awtomotiv” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur użat għall-enerġija ta' l-istartjar, dawl jew ignition awtomotiv;

6) “batterija jew akkumulatur industrijali” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur maħsuba għal użu esklussivament industrijali jew professjonali jew użati fi kwalunkwe tip ta' vettura elettrika;

7) “skart ta' batterija jew ta' akkumulatur” tfisser kwalunkwe batterija jew akkumulatur li hu skart skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2006/12/KE;

8) “riċiklaġġ” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta' produzzjoni ta' materjal ta' l-iskart għall-għan oriġinali tiegħu jew għal għanijiet oħra, iżda li jeskludi l-irkupru ta' l-enerġija;

9) “rimi” tfisser kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet applikabbli previsti fl-Anness IIA għad-Direttiva 2006/12/KE;

10) “trattament” tfisser kwalunkwe attività mwettqa fuq skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi wara li jkunu ġew mgħoddija lil xi faċilità sabiex jintgħażlu, jiġu ppreparati għar-riċiklaġġ jew ippreparati għar-rimi;

11) “appliance” tfisser kwalunkwe tagħmir ta' l-elettriku jew elettroniku, kif definit mid-Direttiva 2002/96/KE, li huwa mħaddem kompletament jew parzjalment minn batteriji jew akkumulaturi jew jista' jkun hekk imħaddem;

12) “produttur” tfisser kwalunkwe persuna fi Stat Membru li, irrespettivament mit-teknika ta' bejgħ użata, inkluż permezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod, kif definiti fid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod ( 1 ), tqiegħed batteriji jew akkumulaturi, inklużi dawk inkorporati f'appliances jew vetturi, fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fuq bażi professjonali;

13) “distributur” tfisser kwalunkwe persuna li tipprovdi batteriji u akkumulaturi fuq bażi professjonali lil utent aħħari;

14) “tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, lil terza persuna fil-Komunità u tinkludi l-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità;

15) “operaturi ekonomiċi” tfisser kull produttur, distributur, kollettur, riċiklatur jew operaturi oħra ta' trattament;

16) “għodda mingħajr fil mħaddma bl-enerġija” tfisser kwalunkwe appliance miżmum fl-idejn u mħaddem b'batterija jew b'akkumulatur u intiż għal attivitajiet ta' manutenzjoni, kostruzzjoni jew ġardinaġġ;

17) “ir-rata ta' ġbir” tfisser, għal Stat Membru partikolari f'sena kalendarja partikolari, il-persentaġġ miksub mid-diviżjoni tal-piż ta' l-iskart ta' batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura skond l-Artikolu 8(1) ta' din id-Direttiva jew skond id-Direttiva 2002/96/KE f'dik is-sena kalendarja bil-piż medju ta' batteriji u akkumulaturi portabbli li l-produtturi jew ibigħu direttament lill-utent aħħari jew iqassmu lill-terzi sabiex jinbigħu lill-utent aħħari f'dak l-Istat Membru matul dik is-sena kalendarja u s-sentejn kalendarji ta' qabel.

Artikolu 4 Projbizzjonijiet

Artikolu 4

Projbizzjonijiet

1.  Bla ħsara għad-Direttiva 2000/53/KE, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta':

(a) il-batteriji u l-akkumulaturi kollha, kemm jekk inkorporati f'appliances jew le, li jkun fihom aktar minn 0,0005 % ta' merkurju fil-piż; u

(b) batteriji jew akkumulaturi portabbli, inklużi dawk inkorporati f'appliances, li jkun fihom aktar minn 0,002 % ta' kadmju fil-piż.

▼M3

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(a) m’għandhiex tapplika għal ċelluli buttuna b’kontenut ta’ merkurju ta’ mhux aktar minn 2 % fil-piż sal-1 ta’ Ottubru 2015

▼B

3.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(b) m'għandhiex tapplika għal batteriji u akkumulaturi portabbli intiżi għall-użu:

(a) f'sistemi ta' emerġenza u ta' allarm, inkluż dawl ta' emerġenza;

(b) f'tagħmir mediku; jew

▼M3

(c) għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija; din l-eżenzjoni għall-għodda mingħajr fil imħaddma bl-enerġija għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2016.

4.  Fir-rigward ta’ ċelluli buttuna għall-apparati tas-smigħ, il-Kummissjoni għandha żżomm taħt osservazzjoni l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibbiltà taċ-ċelluli buttuna għall-apparati tas-smigħ li huma f’konformità mal-paragrafu 1(a) mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2014. Fejn iġġustifikat minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà taċ-ċelluli buttuna għall-apparati tas-smigħ li huma f’konformità mal-paragrafu 1(a), il-Kummissjoni għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta adatta bil-ħsieb li tiġi estiża l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward taċ-ċelluli buttuna għall-apparati tas-smigħ.

▼B

Artikolu 5 Prestazzjoni ambjentali mtejba

Artikolu 5

Prestazzjoni ambjentali mtejba

L-Istati Membri li għandhom manifatturi stabbiliti fit-territorju tagħhom għandhom iħeġġu r-riċerka u jinkoraġġixxu titjib fil-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-batteriji u l-akkumulaturi matul iċ-ċiklu tal-ħajja totali tagħhom kif ukoll l-iżvilupp u l-marketing ta' batteriji u akkumulaturi li jkollhom kwantitajiet iżgħar ta' sustanzi perikolużi jew li jkollhom inqas sustanzi li jniġġsu, b'mod partikolari bħala sostituti għall-merkurju, il-kadmju u ċ-ċomb.

Artikolu 6 Tqegħid fis-suq

Artikolu 6

Tqegħid fis-suq

1.  L-Istati Membri m'għandhomx, għal raġunijiet trattati f'din id-Direttiva, jimpedixxu, jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom ta' batteriji u akkumulaturi li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

▼M3

2.  Batteriji u akkumulaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, iżda li tqiegħdu fis-suq legalment qabel id-dati ta’ applikazzjoni tal-projbizzjonijiet rispettivi fl-Artikolu 4, jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

▼B

Artikolu 7 Għan ġenerali

Artikolu 7

Għan ġenerali

L-Istati Membri għandhom, b'kunsiderazzjoni ta' l-impatt ambjentali tat-trasport, jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jimmassimizzaw il-ġbir separat ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u sabiex jimminimizzaw ir-rimi ta' batteriji u akkumulaturi bħala skart muniċipali mhux magħżul sabiex jintlaħaq livell għoli ta' riċiklaġġ għall-iskart kollu ta' batteriji u akkumulaturi.

Artikolu 8 Skemi ta' ġbir

Artikolu 8

Skemi ta' ġbir

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi jkunu jeżistu skemi ta' ġbir xierqa għal skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi portabbli. Dawn l-iskemi:

(a) għandhom jippermettu lill-utenti aħħarin li jarmu skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi portabbli f'punt tal-ġbir fil-viċinanza tagħhom, b'kont meħud tad-densità tal-popolazzjoni;

(b) għandhom jeħtieġu li d-distributuri jieħdu lura skart ta' batteriji jew akkumulaturi portabbli mingħajr ħlas meta jfornu batteriji u akkumulaturi portabbli, sakemm ma jkunx hemm valutazzjoni li turi li skemi alternattivi huma għall-inqas ugwalment effettivi sabiex jintlaħqu l-miri ambjentali ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn il-valutazzjonijiet pubbliċi;

(ċ) m'għandhomx jgħabbu b'xi ħlas lill-utenti aħħarin meta jarmu skart ta' batteriji jew akkumulaturi portabbli, u lanqas b'xi obbligu li jixtru batterija jew akkumulatur ġdid;

(d) jistgħu jitmexxew flimkien ma' l-iskemi msemmija fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/96/KE.

Punti ta' ġbir stabbiliti biex jikkonformaw mal-punt (a) ta' dan il-paragrafu m' għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni jew permess tad-Direttiva 2006/12/KE jew tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż ( 2 ).

2.  Kemm-il darba li l-iskemi jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu:

(a) jesiġu li l-produtturi jistabbilixxu tali skemi;

(b) jesiġu li operaturi ekonomiċi oħra jipparteċipaw f'tali skemi;

(ċ) iżommu fis-seħħ skemi eżistenti.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi industrijali, jew terzi persuni jaġixxu f'isimhom, m'għandhomx jirrifjutaw li jieħdu lura skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi industrijali mingħand utenti aħħarin, irrispettivament mill-kompożizzjoni kimika u l-oriġini. Terzi persuni indipendenti jistgħu wkoll jiġbru batteriji u akkumulaturi industrijali.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-produtturi ta' batteriji u akkumulaturi awtomotivi, jew terzi persuni, jistabbilixxu skemi għall-ġbir ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi awtomotivi mingħand utenti aħħarin jew minn punt ta' ġbir aċċessibbli fil-viċinanza tagħhom, fejn il-ġbir ma jsirx taħt l-iskemi msemmijin fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/53/KE. Fil-każ ta' batteriji u akkumulaturi awtomotivi minn vetturi privati u mhux kummerċjali, tali skemi m'għandhom jgħabbu b'ebda ħlas lill-utenti aħħarin meta jarmu skart ta' batteriji jew ta' akkumulaturi, u lanqas b'xi obbligu li jixtru batterija jew akkumulatur ġdid.

Artikolu 9 Strumenti ekonomiċi

Artikolu 9

Strumenti ekonomiċi

L-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi biex jippromwovu l-ġbir ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jew biex jippromwovu l-użu ta' batteriji u akkumulaturi li jkun fihom inqas sustanzi li jniġġsu, per eżempju billi jadottaw rati ta' taxxi differenzjati. Jekk jagħmlu dan, huma għandhom jinnotifikaw il-miżuri relatati ma' l-implimentazzjoni ta' dawk l-istrumenti lill-Kummissjoni.

Artikolu 10 Miri ta' ġbir

Artikolu 10

Miri ta' ġbir

1.  L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rata ta' ġbir għall-ewwel darba fir-rigward tal-ħames sena kalendarja sħiħa wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/96/KE, iċ-ċifri ta' ġbir u ta' bejgħ annwali għandhom jinkludu batteriji u akkumulaturi inkorporati f'appliances.

2.  L-Istati Membri għandhom jiksbu r-rati minimi ta' ġbir li ġejjin:

(a) 25 % sas-26 ta' Settembru 2012;

(b) 45 % sas-26 ta' Settembru 2016.

▼M4

3.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw ir-rati ta’ ġbir fuq bażi annwali skont l-iskema stabbilita fl-Anness I għal din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), l-Istati Membri għandhom jittrasmettu b’mod elettroniku rapporti lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena tar-rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data. Ir-rapporti għandhom jindikaw kif inkisbet id-data neċessarja biex tiġi kkalkulata r-rata tal-ġbir.

▼M3

4.  Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, arranġamenti tranżitorji sabiex tindirizza d-diffikultajiet li Stat Membru jiffaċċa biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 2 li jirriżultaw minn ċirkustanzi nazzjonali speċifiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-bejgħ annwali ta’ batteriji u akkumulaturi portabbli lil utenti aħħarin sas-26 ta’ Settembru 2007. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 11 Tneħħija ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi

Artikolu 11

Tneħħija ta’ skart ta’ batteriji u akkumulaturi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi jiddiżinjaw l-appliances b’ mod li l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi jkun jista’ jitneħħa faċilment. Meta ma jkunux jistgħu jitneħħew faċilment mill-utent aħħari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi jiddiżinjaw l-appliances b’tali mod li l-iskart ta’ batteriji u akkumulaturi jista’ jitneħħa faċilment minn professjonisti kwalifikati li jkunu indipendenti mill-manifattur. Appliances li jkollhom batteriji u akkumulaturi inkorporati fihom għandhom jiġu akkumpanjati minn istruzzjonijiet dwar kif dawk il-batteriji u akkumulaturi jistgħu jitneħħew mingħajr periklu jew mill-utent aħħari jew inkella minn professjonisti indipendenti u kwalifikati. Meta jkun xieraq, l-istruzzjonijiet għandhom jinfurmaw ukoll lill-utent aħħari bit-tipi ta’ batterija jew akkumulatur inkorporat fl-appliance.

Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-ewwel paragrafu m’għandhomx japplikaw fejn, għal raġunijiet ta’ sigurtà, ta’ prestazzjoni mediċi jew ta’ integrità tad-data, tkun neċessarja l-kontinwità tal-provvista tal-enerġija u konnessjoni permanenti bejn l-appliance u l-batterija jew l-akkumulatur tkun rikjesta.

▼B

Artikolu 12 Trattament u riċiklaġġ

Artikolu 12

Trattament u riċiklaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2009:

(a) produtturi jew terzi persuni jistabbilixxu skemi bl-użu ta' l-aħjar tekniki disponibbli, rigward il-protezzjoni tas-saħħa u ta' l-ambjent, biex jipprovdu għat-trattament u r-riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi; u

(b) il-batteriji u l-akkumulaturi kollha identifikabbli miġbura skond l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva jew skond id-Direttiva 2002/96/KE jiġu trattati u riċiklati permezz ta' skemi li għall-inqas jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari rigward is-saħħa, is-sigurta' u l-immaniġġar ta' l-iskart.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, skond it-Trattat, jarmu batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura li jkun fihom il-kadmju, il-merkurju jew iċ-ċomb f' miżbliet jew f'ħażniet taħt l-art meta ma jkun disponibbli l-ebda suq aħħari vijabbli. L-Istati Membri jistgħu wkoll, skond it-Trattat, jarmu batteriji u akkumulaturi portabbli miġbura li jkun fihom il-kadmju, il-merkurju, jew iċ-ċomb f'miżbliet jew f'ħażniet taħt l-art bħala parti minn strateġija sabiex jinqatgħu gradwalment metalli tqal li, fuq il-bażi ta' valutazzjoni dettaljata ta' l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali, turi li din l-għażla ta' rimi għandha tkun preferuta fuq ir-riċiklaġġ.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu din il-valutazzjoni pubblika u jinnotifikaw abbozzi ta' miżuri lill-Kummissjoni skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u ta' regoli dwar servizzi tas-Soċjeta' ta' l-Informazzjoni ( 4 ).

2.  It-trattament għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness III, Parti A.

3.  Fejn batteriji jew akkumulaturi jkun miġbura flimkien ma' skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku fuq il-bażi tad-Direttiva 2002/96/KE, il-batteriji jew l-akkumulaturi għandhom jitneħħew mill-iskart ta' tagħmir elettriku u elettroniku miġbur.

4.  Il-proċessi ta' riċiklaġġ għandhom, sa mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2010 jissodisfaw l-effiċjenzi ta' riċiklaġġ u d-dispożizzjonijiet assoċjati li hemm stabbiliti fl-Anness III, Parti B.

▼M4

5.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar il-livelli ta’ riċiklaġġ miksuba f’kull sena tal-kalendarju kkonċernata u dwar jekk l-effiċjenzi tar-riċiklaġġ imsemmija fl-Anness III, Parti B inkisbux. Huma għandhom jirrappurtaw id-data b’mod elettroniku lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha tkun inġabret id-data.

▼M3

6.  Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati rigward il-kalkolu tal-effiċjenzi ta’ riċiklaġġ sas-26 ta’ Marzu 2010. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

▼M3 —————

▼B

Artikolu 13 Teknoloġiji ġodda għar-riċiklaġġ

Artikolu 13

Teknoloġiji ġodda għar-riċiklaġġ

1.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda għar-riċiklaġġ u t-trattament, u jippromovu r-riċerka f'metodi ta' riċiklaġġ li jkunu favur l-ambjent u li jkunu ekonomikament vijabli għal kull tip ta' batteriji u akkumulaturi.

2.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-faċilitajiet għat-trattament biex jintroduċu skemi ċċertifikati għall-immaniġjar ta' l-ambjent skond ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja għall-immaniġġar ta' l-ambjent u l-verifika (EMAS) ( 5 ).

Artikolu 14 Rimi

Artikolu 14

Rimi

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-rimi f'miżbliet jew bil-ħruq ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi industrijali u awtomotivi. Madankollu, ir-residwi ta' kwalunkwe batterija u akkumulatur li jkun sarilhom sew trattament u sew riċiklaġġ skond l-Artikolu 12(1) jistgħu jintremew f'miżbliet jew jinħarqu.

Artikolu 15 Esportazzjonijiet

Artikolu 15

Esportazzjonijiet

1.  It-trattament u r-riċiklaġġ jistgħu jsiru barra mill-Istat Membru kkonċernat jew barra mill-Komunità, basta li l-vjeġġi ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi jkun konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta' vjeġġi ta' skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea ( 6 ).

2.  Skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi esportati barra mill-Komunità skond ir-Regolament (KEE) Nru 259/93, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni li għandhom japplikaw għal vjeġġi ta' ċerti tipi ta' skart lejn ċertu pajjiżi mhux ta' l-OECD ( 7 ) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 li għandhom japplikaw għal vjeġġi ta' ċertu tipi ta' skart lejn ċerti pajjiżi li għalihom ma tapplikax id-Deċiżjoni finali tal-OECD C(92)39 ( 8 ) għandhom jgħoddu fir-rigward tat-twettiq ta' l-obbligi u l-effiċjenzi stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva biss jekk ikun hemm evidenza soda li l-operazzjoni ta' riċiklaġġ tkun saret taħt kondizzjonijiet ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

▼M3

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a biex tistabbilixxi regoli dettaljati li jissupplimentaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti kif imsemmija fih.

▼B

Artikolu 16 Finanzjament

Artikolu 16

Finanzjament

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi, jew terzi persuni li jaġixxu f'isimhom, jiffinanzjaw kwalunkwe spejjeż netti li jirriżultaw:

(a) mill-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ ta' l-iskart kollu ta' batteriji u l-akkumulaturi portabbli miġbur skond l-Artikolu 8(1) u (2); u

(b) mill-ġbir, it-trattament u r-riċiklaġġ ta' l-iskart kollu ta' batteriji u ta' akkumulaturi industrijali u awtomotivi miġbur skond l-Artikoli 8(3) u (4).

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 ma tirriżultax fi kwalunkwe ħlas doppju mill-produtturi fil-każ ta' batteriji jew akkumulaturi miġbura taħt skemi stabbiliti skond id-Direttiva 2000/53/KE jew id-Direttiva 2002/96/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-produtturi jew terzi persuni milli jaġixxu f'isimhom, sabiex jiffinanzjaw kwalunkwe spejjeż netti li jinqalgħu minn kampanji pubbliċi għall-informazzjoni dwar il-ġbir, it-trattament, u r-riċiklaġġ ta' l-iskart kollu tal-batteriji u l-akkumulaturi portabbli.

4.  L-ispejjez tal-ġbir, tat-trattamet u tar-riċiklaġġ m'għandhomx jintwerew separatament lill-utenti aħħarin fil-mument tal-bejgħ ta' batteriji u akkumulaturi portabbli ġodda.

5.  Il-produtturi u l-utenti ta' batteriji u akkumulaturi industrijali u awtomotivi jistgħu jikkonkludu ftehim li jistipulaw arranġamenti għall-finanzjament ta' xort'oħra minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

6.  Dan l-Artikolu għandu japplika għall-iskart ta' batteriji u akkumulaturi kollha, irrispettivament mid-data tat-tqegħid tagħhom fis-suq.

▼M3

Artikolu 17 Reġistrazzjoni

Artikolu 17

Reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull produttur ikun irreġistrat. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun soġġetta għall-istess rekwiżiti ta’ proċedura f’kull Stat Membru skont l- Anness IV.

▼B

Artikolu 18 Produtturi żgħar

Artikolu 18

Produtturi żgħar

1.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw il-produtturi li, relattivament mal-qies tas-suq nazzjonali, iqiegħdu fis-suq nazzjonali kwantitajiet żgħar ħafna ta' batteriji jew akkumulaturi, mir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 16(1), bil-kondizzjoni li dan ma jwaqqafx il-funzjonament adegwat ta' l-iskemi tal-ġbir u r-riċiklaġġ stabbiliti skond l-Artikoli 8 u 12.

▼M3

2.  L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-abbozzi ta’ miżuri ta’ eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u r-raġunijiet li għalihom dawn ikunu proposti, u għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni u l-Istati Membri oħra.

▼B

3.  Fi żmien sitt xhur min-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad l-abbozzi tal-miżuri wara li tkun ivverifikat li huma konsistenti mal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u li ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni f'dan il-perjodu mill-Kummissjoni, l-abbozzi tal-miżuri għandhom jitqiesu li ġew approvati.

Artikolu 19 Parteċipazzjoni

Artikolu 19

Parteċipazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-operaturi ekonomiċi kollha u l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti kollha jistgħu jipparteċipaw fl-iskemi ta' ġbir, trattament u riċiklaġġ imsemmija fl-Artikoli 8 u 12.

2.  Dawn l-iskemi għandhom japplikaw ukoll għal batteriji u akkumulaturi importati minn pajjiżi terzi taħt kondizzjonijiet mhux diskriminatorji u għandhom ikunu mfassla b'mod li jevitaw ostakoli għall-kummerċ jew distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

Artikolu 20 Informazzjoni għal utenti aħħarin

Artikolu 20

Informazzjoni għal utenti aħħarin

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikolari permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, illi l-utenti aħħarin ikunu infurmati b'mod sħiħ dwar:

(a) l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem tas-sustanzi użati f'batteriji u akkumulaturi;

(b) kemm ikun aħjar li l-iskart ta' batteriji u ta' akkumulaturi ma jintremiex bħala skart muniċipali mhux magħżul u li jipparteċipaw fil-ġbir separat ta' dan l-iskart sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament u r-riċiklaġġ;

(ċ) l-iskemi ta' ġbir u riċiklaġġ disponibbli għalihom;

(d) ir-rwol tagħhom sabiex jikkontribwixxu għar-riċiklaġġ ta' skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi;

(e) it-tifsira tas-simbolu tal-barmil ta' l-iskart bir-roti maqtugħ b'salib muri fl-Anness II u s-simboli kimiċi Hg, Cd u Pb.

2.  L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-operaturi ekonomiċi li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 kollha jew parti minnha.

3.  Fejn l-Istati Membri jeżiġu li d-distributuri jieħdu lura skart ta' batteriji jew akkumulaturi portabbli skond l-Artikolu 8, huma għandhom jiżguraw li dawn id-distributuri javżaw lill-utenti aħħarin dwar il-possibilità li l-iskart ta' batteriji jew akkumulaturi portabbli jintremew fil-postijiet tal-bejgħ.

Artikolu 21 Ittikkettjar

Artikolu 21

Ittikkettjar

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-batteriji, l-akkumulaturi u l-pakketti ta' batteriji kollha jkunu mmarkati kif jixraq bis-simbolu muri fl-Anness II.

▼M3

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sas-26 ta’ Settembru 2009, il-kapaċità tal-batteriji u akkumulaturi portabbli u awtomotivi kollha tkun indikata fuqhom b’mod viżibbli, leġibbli u li ma jitħassarx. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a li jistabilixxu regoli dettaljati li jissupplimentaw dak ir-rekwiżit, inklużi metodi armonizzati għad-determinazzjoni tal-kapaċità u l-użu xieraq sas-26 ta’ Marzu 2009.

▼B

3.  Batteriji, akkumulaturi u ċelluli buttuna li jkun fihom aktar minn 0,0005 % merkurju, aktar minn 0,002 % kadmju jew aktar minn 0,004 % ċomb, għandhom ikunu mmarkati bis-simbolu kimiku għall-metall ikkonċernat: Hg, Cd jew Pb. Is-simbolu li jindika l-kontenut tal-metall ta' densità għolja għandu jkun stampat taħt is-simbolu muri fl-Anness II u għandu jgħatti spazju ta' mill-anqas kwart tad-daqs ta' dak is-simbolu.

4.  Is-simbolu muri fl-Anness II għandu jgħatti mill-anqas 3 % ta' l-ispazju ta' l-akbar naħa tal-batterija, akkumulatur jew pakkett ta' batteriji, sa daqs massimu ta' 5 × 5 ċm. Fil-każ ta' ċelluli ċilindriċi, is-simbolu għandu jgħatti mill-anqas 1,5 % taż-żona tal-wiċċ tal-batterija jew l-akkumulatur u għandu jkollu daqs massimu ta' 5 × 5 ċm.

5.  Meta d-daqs tal-batterija, akkumulatur jew pakkett ta' batteriji jkun tali li s-simbolu jkun iżgħar minn 0,5 × 0,5 ċm, il-batterija, akkumulatur jew pakkett ta' batteriji m'għandhomx għalfejn jiġu mmarkati iżda simbolu ta' daqs ta' mill-anqas 1 × 1 ċm għandu jkun stampat fuq l-imballaġġ.

6.  Is-simboli għandhom ikunu stampati b'mod li jidher, li jinqara u li ma jitħassarx.

▼M3

7.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23a sabiex jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ tikkettar stipulati f’dan l-Artikolu. Bħala parti mit-tħejjija ta’ tali atti delegati, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari il-produtturi, il-kolletturi, ir-riċiklaturi, l-operaturi tat-trattamenti, l-organizzazzjonijiet ambjentali u tal-konsumaturi, u l-assoċjazzjonijiet tal-impjegati.

▼M4 —————

▼M4

Artikolu 22a Inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart

Artikolu 22a

Inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart

Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stipulati f’din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ekonomiċi u miżuri oħra biex jipprovdu inċentivi għall-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart bħal dawk imsemmija fl-Anness IVa għad-Direttiva 2008/98/KE jew instrumenti u miżuri oħra xierqa.

▼B

Artikolu 23 Reviżjoni

Artikolu 23

Reviżjoni

▼M4

1.  Sal-31 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u fuq il-funzjonament tas-suq intern.

2.  Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tinkludi evalwazzjoni ta’ dawn l-aspetti ta’ din id-Direttiva:

▼B

(a) jekk ikunx xieraq li jittieħdu aktar miżuri ta' mmaniġġar tar-riskju għal batteriji u akkumulaturi li fihom metalli ta' densità għolja;

(b) jekk il-miri ta' ġbir minimi għall-batteriji u l-akkumulaturi portabbli kollha stabbiliti fl-Artikolu 10(2) humiex xierqa, u l-possibiltà li jiġu introdotti miri oħra għas-snin ta' wara, b'kont meħud tal-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri;

(ċ) jekk ir-rekwiżiti minimi ta' riċiklaġġ stabbiliti fl-Anness III, Parti B, humiex xierqa, b'kont meħud ta' l-informazzjoni li jipprovdu l-Istati Membri, il-progress tekniku u l-esperjenza prattika miksuba fl-Istati Membri.

3.  Jekk ikun meħtieġ, proposti għar-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet relatati ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mar-rapport.

▼M3

Artikolu 23a Eżerċizzju tad-delega

Artikolu 23a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija kkonferita lill-Kummissjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 21(2) u (7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-30 ta’ Diċembru 2013. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża taċitament għal perijodi ta’ durata identika, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 15(3) u l-Artikolu 21(2) u (7) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tkun effettiva mill-jum wara dak tal-publikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data oħra aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat li jiġi adottat skont l-Artikolu 15(3) u l-Artikolu 21(2) u (7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼M3

Artikolu 24 Proċedura ta’ kumitat

Artikolu 24

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni m’għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

▼B

Artikolu 25 Penali

Artikolu 25

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2008 u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti lilhom.

Artikolu 26 Traspożizzjoni

Artikolu 26

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi għall-għamla ta' tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill–Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti kollha adottati fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 27 Ftehim volontarji

Artikolu 27

Ftehim volontarji

1.  Bil-kondizzjoni li jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 8, 15 u 20 permezz ta' ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi konċernati. Tali ftehim għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) għandhom ikunu inforzabbli;

(b) għandhom jispeċifikaw l-għanijiet bl-iskadenzi korrispondenti;

(ċ) għandhom jiġu ppubblikati fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew f'dokument uffiċjali li huwa daqstant aċċessibbli mill-pubbliku u trasmessi lill-Kummissjoni.

2.  Ir-riżultati miksuba għandhom jiġu sorveljati regolarment, u rrapportati lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni, u magħmula disponibbli lill-pubbliku taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-progress magħmul taħt dawn il-ftehim jiġi eżaminat.

4.  F'każijiet fejn ma jkunx hemm konformità mal-ftehim, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva b'miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi.

Artikolu 28 Tħassir

Artikolu 28

Tħassir

Id-Direttiva 91/157/KEE hija mħassra b'effett mis-26 ta' Settembru 2008.

Referenzi għad-Direttiva 91/157/KEE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 29 Dħul fis-seħħ

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 30 Indirizzati

Artikolu 30

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNEX I MONITORING OF COMPLIANCE WITH THE ARTICLE 10 COLLECTION TARGETS




ANNEX I

MONITORING OF COMPLIANCE WITH THE ARTICLE 10 COLLECTION TARGETS



Year

Data collection

Calculation

Reporting requirement

X (*1)+1

Sales in year 1 (S1)

 

 

 

X+2

Sales in year 2 (S2)

—

—

 

X+3

Sales in year 3 (S3)

Collection in year 3 (C3)

Collection rate (CR3) = 3*C3/(S1+S2+S3)

 

X+4

Sales in year 4 (S4)

Collection in year 4 (C4)

Collection rate (CR4) = 3*C4/(S2+S3+S4)

(Target set at 25 %.)

 

X+5

Sales in year 5 (S5)

Collection in year 5 (C5)

Collection rate (CR5) = 3*C5/(S3+S4+S5)

CR4

X+6

Sales in year 6 (S6)

Collection in year 6 (C6)

Collection rate (CR6) = 3*C6/(S4+S5+S6)

CR5

X+7

Sales in year 7 (S7)

Collection in year 7 (C7)

Collection rate (CR7) = 3*C7/(S5+S6+S7)

CR6

X+8

Sales in year 8 (S8)

Collection in year 8 (C8)

Collection rate (CR8) = 3*C8/(S6+S7+S8)

(Target set at 45 %.)

CR7

X+9

Sales in year 9 (S9)

Collection in year 9 (C9)

Collection rate (CR9) = 3*C9/(S7+S8+S9)

CR8

X+10

Sales in year 10 (S10)

Collection in year 10 (C10)

Collection rate (CR10) = 3*C10/(S8+S9+S10)

CR9

X+11

Etc.

Etc.

Etc.

CR10

Etc.

 

 

 

 

(*1)   

Year X is the year including the date mentioned in Article 26.

ANNEX II SYMBOLS FOR BATTERIES, ACCUMULATORS AND BATTERY PACKS FOR SEPARATE COLLECTION




ANNEX II

SYMBOLS FOR BATTERIES, ACCUMULATORS AND BATTERY PACKS FOR SEPARATE COLLECTION

The symbol indicating ‘separate collection’ for all batteries and accumulators shall be the crossed-out wheeled bin shown below:

image
ANNEX III DETAILED TREATMENT AND RECYCLING REQUIREMENTS




ANNEX III

DETAILED TREATMENT AND RECYCLING REQUIREMENTS

PART A: TREATMENT

1. Treatment shall, as a minimum, include removal of all fluids and acids.

2. Treatment and any storage, including temporary storage, at treatment facilities shall take place in sites with impermeable surfaces and suitable weatherproof covering or in suitable containers.

PART B: RECYCLING

3. Recycling processes shall achieve the following minimum recycling efficiencies:

(a) 

recycling of 65 % by average weight of lead-acid batteries and accumulators, including recycling of the lead content to the highest degree that is technically feasible while avoiding excessive costs;

(b) 

recycling of 75 % by average weight of nickel-cadmium batteries and accumulators, including recycling of the cadmium content to the highest degree that is technically feasible while avoiding excessive costs; and

(c) 

recycling of 50 % by average weight of other waste batteries and accumulators.

ANNESS IV

ANNESS IV

REKWIŻITI PROĊEDURALI GĦAR-REĠISTRAZZJONI

1.   Rekwiżiti għar-reġistrazzjoni

Ir-reġistrazzjoni tal-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi għandha ssir mal-awtoritajiet nazzjonali jew mal-organizzazzjonijiet ta’ responsabbiltà ta’ produtturi nazzjonali awtorizzati mill-Istati Membri (minn hawn ‘il quddiem: korpi tar-reġistrazzjoni), bil-miktub jew elettronikament.

Din il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tista’ tkun parti minn proċedura oħra ta’ reġistrazzjoni ta’ produttur.

Il-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi għandu jkollhom bżonn biss li jirreġistraw darba fi Stat Membru fejn huma jqiegħdu l-batteriji u l-akkumulaturi fis-suq tal-Istat Membru għall-ewwel darba fuq bażi professjonali, u għandhom jiġu pprovduti b’numru ta’ reġistrazzjoni meta sseħħ ir-reġistrazzjoni.

2.   Informazzjoni li għandha tingħata mill-produtturi

Il-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi għandhom jipprovdu lill-korpi tar-reġistrazzjoni l-informazzjoni li ġejja:

(i) l-isem tal-produttur u l-marki kummerċjali (jekk disponibbli) li taħthom joperaw fl-Istat Membru,

(ii) l-indirizz(i) tal-produttur: il-kodiċi postali u l-lokalità, l-isem tat-triq u n-numru, il-pajjiż, il-URL, in-numru tat-telefon, kif ukoll il-persuna ta’ kuntatt, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku tal-produttur, jekk huma disponibbli,

(iii) l-indikazzjoni dwar it-tipi ta’ batteriji u akkumulaturi li tqiegħdu fis-suq mill-produttur: batteriji u akkumulaturi portabbli, batteriji u akkumulaturi industrijali, jew batteriji u akkumulaturi awtomotivi,

(iv) informazzjoni dwar kif il-produttur jirrispetta r-responsabbiltajiet tiegħu; permezz ta’ skema individwali jew kollettiva,

(v) data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni,

(vi) kodiċi ta’ identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tal-kodiċi fiskali Ewropew jew in-numru tal-kodiċi fiskali nazzjonali tal-produttur (fakultattiv),

(vii) dikjarazzjoni li l-informazzjoni pprovduta hija vera.

Għall-fini tar-reġistrazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-punt 1, il-produtturi ta’ batteriji u akkumulaturi ma għandhomx ikunu obbligati jipprovdu l-ebda informazzjoni oħra għajr dik elenkata fil-punt 2 (i) - (vii).

3.   Ħlas għar-reġistrazzjoni

Il-korpi tar-reġistrazzjoni jistgħu japplikaw ħlas għar-reġistrazzjoni bil-kundizzjoni li dawn ikunu abbażi tal-ispiża u proporzjonati.

Il-korpi tar-reġistrazzjoni li japplikaw ħlas għar-reġistrazzjoni għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-metodoloġija li tintuża biex jiġi kkalkulat il-prezz tal-ħlas.

4.   Bidla fid-data tar-reġistrazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ li tinbidel id-data pprovduta minn produtturi skont il-punt 2 (i) - (vii), il-produtturi għandhom jinfurmaw b’dan lill-korp tar-reġistrazzjoni rilevanti mhux aktar tard minn xahar wara l-bidla.

5.   Tneħħija tar-reġistrazzjoni

Meta l-produtturi ma jibqgħux aktar produtturi fi Stat Membru, huma għandhom ineħħu r-reġistrazzjoni billi jinfurmaw lill-korp tar-reġistrazzjoni rilevanti b’dan.


( 1 ) ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/29/KE (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

( 2 ) ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 166/2006.

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-Istatistika fuq l-Iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.

( 4 ) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.

( 5 ) ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 196/2006 (ĠU L 32, 4.2.2006, p. 4).

( 6 ) ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1 . Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

( 7 ) ĠU L 166, 1.7.1999, p. 6. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2005 (ĠU L 20, 22.1.2005, p. 9).

( 8 ) ĠU L 185, 17.7.1999, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 105/2005.

( 9 ) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 10 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.07.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0066
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.